+Artikolu 15 3.

Artikolu 15 3.

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-valuri limitu tal-emissjonijiet li jistgħu jinkisbu l-aktar stretti possibbli billi jiġu applikati metodi tekniċi disponibbli fl-installazzjoni, filwaqt li titqies il-firxa sħiħa tal-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (‘BAT-AELs’) biex jiġi żgurat li, f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-BAT-AELs kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5). Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni mill-operatur tal-firxa sħiħa tal-BAT-AELs, li tanalizza l-fattibbiltà li jiġi ssodisfat it-tarf l-aktar strett tal-firxa tal-BAT-AEL u li tintwera l-aħjar prestazzjoni globali li tista’ tikseb l-installazzjoni billi tiġi applikata l-BAT kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT wara li jiġu kkunsidrati l-effetti transmedjali possibbli. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-ħolqien ta’ valuri limitu tal-emissjonijiet espressi għall-istess perjodi jew għal perjodi ta’ żmien iqsar u skont l-istess kundizzjonijiet ta’ referenza bħall-BAT-AELs; jew

(b) 

il-ħolqien ta’ valuri limitu tal-emissjonijiet minn dawk imsemmija fil-punt (a) f’termini ta’ valuri, perjodi ta’ żmien u kundizzjonijiet ta’ referenza.

Meta l-valuri limitu tal-emissjonijiet jiġu stabbiliti f’konformità mal-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha, mill-anqas darba fis-sena, tivvaluta r-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet sabiex ikun żgurat li l-emissjonijiet f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim ma jkunux qabżu l-BAT-AELs.

Ir-regoli vinkolanti ġenerali msemmija fl-Artikolu 6 jistgħu jiġu applikati filwaqt li jiġu stabbiliti l-valuri limitu tal-emissjonijiet rilevanti skont dan l-Artikolu.

Jekk jiġu adottati regoli vinkolanti ġenerali, il-valuri limitu tal-emissjonijiet li jistgħu jinkisbu l-aktar stretti possibbli, billi jiġu applikati l-BAT, għandhom jiġu stabbiliti għall-kategoriji ta’ installazzjonijiet li jkollhom karatteristiċi simili li jkunu rilevanti fid-determinazzjoni tal-livelli ta’ emissjonijiet l-aktar baxxi li jistgħu jinkisbu, b’kont meħud tal-firxa sħiħa tal-BAT-AELs. Ir-regoli vinkolanti ġenerali għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, abbażi tal-informazzjoni fil-konklużjonijiet tal-BAT, li janalizzaw il-fattibbiltà li jiġi ssodisfat it-tarf l-aktar strett tal-firxa tal-BAT-AEL u li tintwera l-aħjar prestazzjoni li dawk il-kategoriji tal-installazzjonijiet jistgħu jiksbu billi tiġi applikata l-BAT kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.