+Artikolu 15 5.

Artikolu 15 5.

B’deroga mill-paragrafu 3, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, l-awtorità kompetenti tista’, f’każijiet speċifiċi, tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet ogħla mill-BAT-AELs. Deroga ta’ dan it-tip tista’ tapplika biss meta valutazzjoni turi li l-ilħuq ta’ BAT-AELs kif deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT jwassal għal kostijiet sproporzjonalment ogħla meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali minħabba:

(a) 

il-pożizzjoni ġeografika jew il-kundizzjonijiet ambjentali lokali tal-installazzjoni kkonċernata; jew

(b) 

il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata.

L-awtorità kompetenti għandha tiddokumenta f’anness tal-kundizzjonijiet għal permess ir-raġunijiet għad-deroga mill-paragrafu 3, u r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-ġustifikazzjoni għall-kundizzjonijiet imposti.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti b’konformità mal-ewwel subparagrafu, madankollu, ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Annessi għal din id-Direttiva, meta applikabbli.

Id-derogi mogħtija f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur jipprovdi valutazzjoni tal-impatt tad-deroga fuq il-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa kkonċernati fl-ambjent riċeventi u fi kwalunkwe każ tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu. Id-derogi ma għandhomx jingħataw meta jkunu jistgħu jqiegħdu f’riskju l-konformità mal-istandards ta’ kwalità ambjentali msemmija fl-Artikolu 18.

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid jekk derogi mogħtija f’konformità ma’ dan il-paragrafu humiex ġustifikati, kull erba’ snin jew bħala parti minn kull rikunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21, meta tali rikunsiderazzjoni ssir aktar kmieni minn erba’ snin wara li tkun ingħatat id-deroga.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi metodoloġija standardizzata għall-valutazzjoni tad-disproporzjonalità bejn il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT u l-benefiċċji ambjentali potenzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.