|
+Artikolu 15 7. |
Artikolu 15 7.B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, u dment li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u jkunu ġew eżawriti l-miżuri kollha li jirriżultaw f’anqas tniġġis, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet jew valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali anqas stretti fil-każ ta’ kriżi minħabba ċirkostanzi straordinarji lil hinn mill-kontroll tal-operatur u tal-Istati Membri, li jwasslu għal tfixkil serju jew nuqqas ta’:
(a)
provvisti tal-enerġija, dment li jkun hemm interess pubbliku prevalenti fis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija,
(b)
riżorsi, materjali jew tagħmir essenzjali għall-operatur biex iwettaq attivitajiet ta’ interess pubbliku, f’konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet jew il-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali applikabbli, jew
(c)
riżorsi, materjali jew tagħmir essenzjali fejn l-output tal-produzzjoni jikkumpensa għal tali nuqqas jew tfixkil, għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew sikurezza pubblika, jew għal raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku prevalenti. Id-deroga ma għandhiex tingħata għal aktar minn tliet xhur. Jekk ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti ta’ derogi jippersistu, id-deroga tista’ tittawwal għal perjodu massimu ta’ tliet xhur. Hekk kif il-kundizzjonijiet tal-provvista jiġu restawrati jew meta jkun hemm alternattiva għall-provvisti tal-enerġija, ir-riżorsi, il-materjali jew it-tagħmir, l-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet u valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali anqas stretti ma jibqax ikollha effett, u l-installazzjoni għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet għal permess stabbiliti f’konformità mal-paragrafi 3 u 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-emissjonijiet li jirriżultaw mid-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu mmonitorjati. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-informazzjoni dwar id-deroga u l-kundizzjonijiet imposti disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 24(2). Il-Kummissjoni tista’, fejn meħtieġ, tivvaluta u tiċċara aktar, permezz ta’ gwida, il-kriterji li jridu jitqiesu għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deroga mogħtija skont dan il-paragrafu, inkluż ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti tad-deroga u l-kundizzjonijiet imposti. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk id-deroga mogħtija hijiex ġustifikata filwaqt li tqis kif xieraq il-kriterji stabbiliti f’dan il-paragrafu. Jekk il-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet fi żmien xahrejn min-notifika tal-Istat Membru, l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jirrevedu d-deroga kif xieraq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|