+ANNESS II Prinċipji li jridu jiġu rispettati meta tingħata deroga msemmija fl-Artikolu 15(5)

ANNESS II Prinċipji li jridu jiġu rispettati meta tingħata deroga msemmija fl-Artikolu 15(5)




ANNESS II

Prinċipji li jridu jiġu rispettati meta tingħata deroga msemmija fl-Artikolu 15(5)

Id-derogi previsti f’konformità mal-Artikolu 15(5) għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

1.    Kostijiet

1.1. Il-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 15(5) għandhom ikunu l-kostijiet ta’ konformità mal-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli u jinkludu kemm il-kostijiet kapitali kif ukoll il-kostijiet operattivi. Il-kostijiet soċjali jew ekonomiċi usa’ ma għandhomx jiġu inklużi.

1.2. L-evalwazzjoni tal-kostijiet għandha tkun kwantitattiva, u appoġġata minn valutazzjoni kwalitattiva.

1.3. Il-kostijiet ikkunsidrati fl-evalwazzjoni għandhom:

(a) 

jirrappreżentaw il-kostijiet tal-valur nett, wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe benefiċċju finanzjarju mill-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli;

(b) 

jinkludu l-kost tal-aċċess għall-kapital finanzjarju meħtieġ biex jiġu ffinanzjati l-aħjar metodi tekniċi disponibbli;

(c) 

jiġu kkalkolati bl-użu ta’ rata ta’ skont biex jitqiesu d-differenzi fil-valur monetarju maż-żmien.

1.4. L-applikazzjoni għal deroga għandha tidentifika b’mod ċar is-sors tal-kostijiet u l-metodi użati għall-kalkolu tagħhom, inkluża r-rata ta’ skont imsemmija fil-punt 1.3(c) u l-istima tal-inċertezzi assoċjati mal-evalwazzjoni tal-kostijiet.

1.5. Il-kostijiet evalwati mill-operatur għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità kompetenti, abbażi tal-informazzjoni minn sorsi oħra bħal fornituri tat-teknoloġija, riċerka rieżaminata bejn il-pari, ġudizzji esperti jew data minn installazzjonijiet oħra fejn ġew installati reċentement l-aħjar metodi tekniċi disponibbli.

2.    Benefiċċji ambjentali

2.1. Il-benefiċċji ambjentali msemmija fl-Artikolu 15(6) għandhom ikunu l-benefiċċji ambjentali ta’ konformità mal-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli.

2.2. L-evalwazzjoni tal-benefiċċji ambjentali għandha tkun kwantitattiva (f’termini monetarji), u appoġġata minn valutazzjoni kwalitttiva. Meta jkunu disponibbli, għandhom jintużaw il-kostijiet stabbiliti tal-ħsara tas-sustanzi li jniġġsu.

2.3. L-evalwazzjoni tal-benefiċċji ambjentali għandha tikkunsidra rata ta’ skont applikata għal kwalunkwe benefiċċju monetizzat li jindirizza d-differenzi fil-valuri għas-soċjetà maż-żmien.

2.4. L-applikazzjoni għal deroga għandha tidentifika b’mod ċar is-sors tal-informazzjoni tal-benefiċċji ambjentali u l-metodi użati għall-kalkolu tal-benefiċċji ambjentali, inkluża r-rata ta’ skont imsemmija fil-punt 1.3(c) u l-istima tal-inċertezzi assoċjati mal-evalwazzjoni tal-benefiċċji ambjentali.

2.5. Il-benefiċċji ambjentali evalwati mill-operatur għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità kompetenti, abbażi ta’ ġudizzju espert jew data minn installazzjonijiet oħra fejn ġew installati reċentement l-aħjar metodi tekniċi disponibbli.

3.    Sproporzjonalità tal-kostijiet meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali

3.1. Sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx sproporzjonalità, għandhom jitqabblu l-kostijiet tal-konformità mal-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, u l-benefiċċji ta’ tali konformità.

3.2. Il-mekkaniżmu ta’ tqabbil għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

metodu biex jiġu indirizzati l-inċertezzi fl-evalwazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji ambjentali;

(b) 

speċifikazzjoni tal-marġini li bih il-kostijiet għandhom jaqbżu l-benefiċċji ambjentali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.