|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.Ir-reġistri li ġejjin m’għandhomx isiru disponibbli jew jintużaw għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza:
(a)
id-dikjarazzjonijiet kollha meħudin minn persuni mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza matul l-investigazzjoni tas-sikurezza;
(b)
reġistrazzjonijiet li juru l-identità tal-persuni li jkunu taw xhieda fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-sikurezza;
(c)
informazzjoni miġbura mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li hija ta’ natura partikolarment sensittiva u personali, inkluż l-informazzjoni rigward is-saħħa tal-individwi;
(d)
materjal sussegwentament prodott matul l-investigazzjoni bħan-noti, abbozzi, opinjonijiet miktubin mill-investigaturi, opinjonijiet espressi fl-analiżi tal-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni tar-reġistrazzjonijiet tat-titjira;
(e)
informazzjoni u evidenza pprovduti minn investigaturi minn Stati Membri oħrajn jew minn pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet tal-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata, fejn ikunu mitluba mill-awtorità tagħhom tal-investigazzjoni tas-sikurezza;
(f)
abbozzi ta’ rapporti preliminari jew finali jew dikjarazzjonijiet interim;
(g)
ir-reġistrazzjonijiet tal-vuċijiet u tal-immaġini fil-kabina tal-pilota u t-traskrizzjonijiet tagħhom, kif ukoll ir-reġistrazzjonijiet tal-vuċi ġewwa l-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, filwaqt li jiġi żgurat li l-informazzjoni li ma tkunx rilevanti għall-investigazzjoni tas-sikurezza, b’mod partikolari informazzjoni li jkollha effett fuq il-privatezza personali, tkun adegwatament protetta, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|