+Artikolu 3 Moduli
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
|
Artikolu 3 Moduli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Il-kontijiet ekonomiċi ambjentali li għandhom jiġu kkumpilati fi ħdan il-qafas komuni msemmi fl-Artikolu 1 għandhom jiġu raggruppati fil-moduli li ġejjin:
(a)
modulu għall-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja, kif stipulat fl-Anness I;
(b)
modulu għat-taxxi marbutin mal-ambjent minn attività ekonomika, kif stipulat fl-Anness II;
(c)
modulu għall-kontijiet tal-fluss ta’ materjal mifrux mal-ekonomija kollha, kif stipulat fl-Anness III;
▼M1
(d)
modulu għall-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali, kif stipulat fl-Anness IV;
(e)
modulu għall-kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali, kif stipulat fl-Anness V;
(f)
modulu għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija, kif stipulat fl-Anness VI;
▼M3
(g)
modulu għall-kontijiet forestali, kif stipulat fl-Anness VII;
(h)
modulu għall-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili, kif stipulat fl-Anness VIII;
(i)
modulu għall-kontijiet tal-ekosistema, kif stipulat fl-Anness IX.
▼B
|
|
Artikolu 3 2.
|
Kull Anness għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-objettivi li għalihom għandhom jiġu kkumpilati l-kontijiet;
(b)
dak li għandhom ikopru l-kontijiet;
(c)
il-lista tal-karatteristiċi li turi liema dejta għandha tiġi kkumpilata u trażmessa;
(d)
l-ewwel sena ta’ referenza, il-frekwenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet;
(e)
it-tabelli ta’ rappurtar;
(f)
it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodi tranżitorji msemmijin fl-Artikolu 8 li matulhom il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9 fejn meħtieġ sabiex tqis l-iżviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi:
(a)
biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprovdi gwida metodoloġika;
(b)
biex temenda l-Annessi I sa VI fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c), (d) u (e);
(c)
biex temenda l-Annessi VII, VIII u IX fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c), (d) u (e), dment li:
(i)
il-lista ta' karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), tiġi emendata biss b'sa erba' karatteristiċi għal kull Anness kull 3 snin; u
(ii)
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), tiġi emendata biss sabiex jiġu stipulati l-ewwel sena bażi, il-frekwenza u l-iskadenzi għat-trażmissjoni ta' kwalunkwe karatteristika miżjuda.
Meta teżerċita s-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati tagħha ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-atti delegati tagħha.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9 sabiex tispeċifika l-prodotti ta' enerġija msemmija fit-Taqsima 3 tal-Anness VI, abbażi tal-listi stipulati fl-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
). Tali atti delegati m'għandhomx jimponu piż sinifikanti addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu. Meta tkun qed tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna l-listi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-azzjonijiet, filwaqt li fejn xieraq tuża input minn esperti relevanti f'analiżi tal-kost-effettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq dawk li jwieġbu u tal-ispejjeż ta' produzzjoni.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Sabiex tiffaċilita applikazzjoni uniformi tal-Anness V, sal-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi ġabra indikattiva tal-prodotti u s-servizzi ambjentali u tal-attivitajiet ekonomiċi li għandhom ikunu koperti mill-Anness V abbażi tal-kategoriji li ġejjin: servizzi ambjentali speċifiċi, prodotti bi iskop unikament ambjentali (prodotti konnessi), prodotti adattati u teknoloġiji ambjentali. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-ġabra fejn meħtieġ. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R0691
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|