|
+Artikolu 3 3. |
Artikolu 3 3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9 fejn meħtieġ sabiex tqis l-iżviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi:
(a)
biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprovdi gwida metodoloġika;
(b)
biex temenda l-Annessi I sa VI fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c), (d) u (e);
(c)
biex temenda l-Annessi VII, VIII u IX fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c), (d) u (e), dment li:
(i)
il-lista ta' karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), tiġi emendata biss b'sa erba' karatteristiċi għal kull Anness kull 3 snin; u
(ii)
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), tiġi emendata biss sabiex jiġu stipulati l-ewwel sena bażi, il-frekwenza u l-iskadenzi għat-trażmissjoni ta' kwalunkwe karatteristika miżjuda. Meta teżerċita s-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati tagħha ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-atti delegati tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|