+Artikolu 4 Studji pilota u tal-fattibbiltà
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Studji pilota u tal-fattibbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tfassal programm biex l-Istati Membri jwettqu studji pilota u tal-fattibbiltà fuq bażi volontarja biex jiġi żviluppat ir-rapportar u titjieb il-kwalità tad-data, jiġu stabbiliti sensieli fit-tul u tiġi żviluppata l-metodoloġija. Il-programm għandu jinkludi studji pilota biex jiġu ttestjati l-moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali. Meta tfassal il-programm, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-moduli li jipproduċu data dwar is-sussidji għall-enerġija, inkluż is-sussidji għall-fjuwils fossili, u tiżgura li ma jitpoġġa l-ebda piż amministrattiv jew finanzjarju addizzjonali fuq l-Istati Membri u fuq ir-rispondenti.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Is-sejbiet tal-istudji pilota għandhom jiġu evalwati u ppubblikati mill-Kummissjoni, b’kont meħud tal-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-dejta mqabblin mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż amministrattiv tar-rispons. Dawn is-sejbiet għandhom jiġu kkunsidrati fil-proposti għall-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali li l-Kummissjoni tista’ tinkludi fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Minbarra l-programm ta' studji pilota u tal-fattibbiltà, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha sas-27 ta’ Ġunju 2026, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, twettaq valutazzjoni tal-possibbiltajiet metodoloġiċi u l-fattibbiltà ta' valwazzjoni monetarja, fejn possibbilment tirrapporta l-valuri fejn dawk il-valuri huma neqsin u mezzi alternattivi possibbli ta' kejl għall-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema, filwaqt li tqis l-istandards internazzjonali tas-Sistema ta' Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali – Kontabbiltà tal-Ekosistema (SEEA EA). Abbażi tar-riżultati ta' dik il-valutazzjoni u ta' dawk l-istudji, il-Kummissjoni tista' tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament sabiex tinkludi l-kontijiet monetarji tal-ekosistema.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R0691
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|