|
+Artikolu 10 Rapport u rieżami |
Artikolu 10 Rapport u rieżamiArtikolu 10 Rapport u rieżami Sal-31 ta’ Diċembru 2013 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa b’mod partikolari l-kwalità tad-dejta trażmessa, il-metodi ta’ ġbir ta’ dejta, il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet rispondenti, kif ukoll il-fattibbiltà u l-effikaċja ta’ dik l-istatistika. Ir-rapport għandu, jekk adatt u b’kont meħud tas-sejbiet imsemmija fl-Artikolu 4(2), jiġi akkumpanjat minn proposti:
—
sabiex jiġu introdotti moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali, bħal kontijiet tal-ilma (kwantitattivi u kwalitattivi), kontijiet ta' nfiq għall-ġestjoni tar-riżorsi, sussidji jew miżuri ta' appoġġ li potenzjalment jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ambjent u l-kontijiet tal-iskart;
—
imfassla biex ikomplu jtejbu l-kwalità tad-dejta u l-metodi tal-ġbir ta’ dejta, biex b’hekk jittejbu l-kopertura u l-komparabbiltà tad-dejta u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-amministrazzjoni.
Sal-31 ta' Diċembru 2024 u mill-inqas kull sentejn wara, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha toħroġ pubblikazzjoni diġitali li jkun fiha data u statistika dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż l-investimenti, miġbura mid-data rilevanti disponibbli mill-moduli tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali u, jekk xieraq, minn sorsi oħra ta' data. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9 sabiex temenda, kif xieraq, l-Anness V, it-Taqsima 3, biex tinkludi karatteristiċi rigward investimenti oħra dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Id-data inkluża fil-pubblikazzjoni diġitali msemmija fit-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu għandha tipprovdi diżaggregazzjoni ta' dik id-data għal kull Stat Membru, inkluż dwar l-investimenti, u għandha tkopri s-setturi kollha tal-ekonomija u s-setturi kollha tal-attivitajiet. Sas-27 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kwalità tad-data disponibbli dwar is-sussidji għall-enerġija, inkluż sussidji għall-fjuwils fossili, dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u dwar l-ilma u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-introduzzjoni ta' moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali għas-sussidji tal-enerġija, inkluż sussidji għall-fjuwils fossili; l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż l-infiq fuqu, u għall-kontijiet tal-ilma. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|