|
+ANNESS VI MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSSI FIŻIĊI TA' ENERĠIJA |
ANNESS VI MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSSI FIŻIĊI TA' ENERĠIJA
ANNESS VI MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSSI FIŻIĊI TA' ENERĠIJA Taqsima 1 GĦANIJIET Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jippreżentaw dejta dwar il-flussi fiżiċi tal-enerġija espressa f'terajoules b'mod li tkun kompletament kompatibbli mal-ESA. Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw dejta dwar l-enerġija relatata mal-attivitajiet ekonomiċi tal-unitajiet residenti tal-ekonomiji nazzjonali f'analiżi skont l-attività ekonomika. Dawn jippreżentaw l-oriġini u d-destinazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija naturali, tal-prodotti ta' enerġija u tar-residwi ta' enerġija. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni, il-konsum u l-akkumulazzjoni. Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u vvalutata għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija mill-Istati Membri. Taqsima 2 KOPERTURA Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u huma bbażati wkoll fuq l-istess prinċipju ta' residenza. F'konformità mal-ESA, unità hija ddefinita bħala unità residenti ta' pajjiż meta jkollha ċentru ta' interess ekonomiku fit-territorju ekonomiku ta' dak il-pajjiż, jiġifieri, meta għal perjodu estiż (sena jew aktar) din tinvolvi ruħha f'attivitajiet ekonomiċi f'dak it-territorju. Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw flussi fiżiċi ta' enerġija li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-unitajiet residenti kollha, mingħajr ma jitqies minn fejn dawn il-flussi jkunu ġejjin ġeografikament. Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw il-flussi fiżiċi ta' enerġija mill-ambjent għall-ekonomija, fl-ekonomija, u mill-ekonomija lura għall-ambjent. Taqsima 3 LISTA TA' KARATTERISTIĊI L-IstatiMembri għandhom jipproduċu il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija skont il-karatteristiċi li ġejjin:
—
il-flussi fiżiċi ta' enerġija miġbura fi tliet kategoriji ġeneriċi:
(i)
ir-riżorsi ta' enerġija naturali,
(ii)
il-prodotti ta' enerġija,
(iii)
ir-residwi ta' enerġija.
—
l-oriġini tal-flussi fiżiċi ta' enerġija miġbura f'ħames kategoriji: il-produzzjoni, il-konsum, l-akkumulazzjoni, il-bqija tad-dinja u l-ambjent,
—
id-destinazzjoni tal-flussi fiżiċi, miġbura fl-istess ħames kategoriji bħall-oriġini tal-flussi fiżiċi ta' enerġija.
Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f'terajoules. Taqsima 4 L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI TAT-TRAŻMISSJONI 1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata u trażmessa fuq bażi annwali. 2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza. 3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal- ►M3 EU-27 ◄ għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2. 4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2015. 5. Fl-ewwel trażmissjoni ta' dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2014 sal-ewwel sena ta' referenza. 6. F'kull trażmissjoni sussegwenti ta' dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n–2, n–1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe dejta disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2014. Taqsima 5 TABELLI TA' RAPPURTAR 1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, għandha tiġi rrappurtata d-dejta li ġejja f'unitajiet fiżiċi:
—
Tabella tar-riżorsi għall-flussi ta' enerġija: Din it-tabella tirreġistra r-riżorsi ta' enerġija naturali, il-prodotti ta' enerġija u r-residwi ta' enerġija (ringieli) skont l-oriġini, jiġifieri 'l-fornitur'(kolonni).
—
Tabella tal-użi tal-flussi ta' enerġija: Din it-tabella tirreġistra r-riżorsi ta' enerġija naturali, il-prodotti ta' enerġija u r-residwi ta' enerġija (ringieli) skont id-destinazzjoni, jiġifieri 'l-utent'(kolonni).
—
Tabella tal-użi tal-flussi ta' enerġija rilevanti għall-emissjonijiet: Din it-tabella tirreġistra l-użu tar-riżorsi ta' enerġija naturali u l-prodotti tal-enerġija rilevanti għall-emissjonijiet (ringieli) permezz tal-unità ta' użu u emissjoni (kolonni).
—
Tabella ta' konkordanza li turi l-elementi differenti li jiffurmaw id-differenza bejn il-kontijiet tal-enerġija u l-bilanċi tal-enerġija.
2. It-tabelli tar-riżorsi u tal-użi tal-flussi ta' enerġija (inklużi l-flussi rilevanti għall-emissjonijiet) jitqassmu b'mod komuni f'termini ta' ringieli u kolonni. 3. Il-kolonni jindikaw l-oriġini (provvista) jew id-destinazzjoni (użu) tal-flussi fiżiċi. Il-kolonni huma miġbura f'ħames kategoriji:
—
'Produzzjoni' li hija relatata mal-produzzjoni ta' prodotti u servizzi. L-attivitajiet ta' produzzjoni huma kklassifikati skont NACE Rev. 2 u d-dejta hija rrappurtata fil-livell ta' aggregazzjoni A*64.
—
L-attivitajiet ta' 'konsum' huma ppreżentati bħala total u diviżi wkoll fi tliet subklassijiet (trasport, tisħin/tkessiħ, oħrajn) għall-konsum finali tal-unitajiet domestiċi privati.
—
'Akkumulazzjoni' tirreferi għall-bidliet fl-istokk tal-prodotti ta' enerġija fl-ekonomija.
—
'Il-bqija tad-dinja' tirreġistra l-flussi tal-prodotti importati u esportati.
—
'Ambjent' tirreġistra l-oriġini tal-flussi tar-riżorsi naturali u d-destinazzjoni tal-flussi residwali.
4. Ir-ringieli jiddeskrivu t-tip ta' flussi fiżiċi kklassifikati fl-ewwel inċiż tat-Taqsima 3. 5. Il-klassifikazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija naturali, tal-prodotti ta' enerġija u tar-residwi ta' enerġija hija kif ġej:
—
ir-riżorsi ta' enerġija naturali huma miġbura f'riżorsi ta' enerġija naturali mhux rinnovabbli u f'riżorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli.
—
il-prodotti ta' enerġija huma miġbura skont il-klassifikazzjoni użata fl-istatistika Ewropea tal-enerġija,
—
ir-residwi ta' enerġija jinkludu l-iskart (mingħajr valur monetarju); it-telf matul l-estrazzjoni/l-astrazzjoni, id-distribuzzjoni/it-trasport, it-trasformazzjoni/il-konverżjoni u l-ħżin; kif ukoll l-ibbilanċjar tal-elementi biex jibbilanċjaw l-provvista u l-użu tat-tabelli.
6. Il-'korrelazzjoni' bejn l-indikatur prinċipali skont il-prinċipju ta' residenza u l-indikatur ibbażat fuq it-territorju hija ppreżentata għall-ekonomija nazzjonali kollha (l-ebda suddiviżjoni għal kull industrija) u tinkiseb kif ġej: użu totali ta' enerġija b'unitajiet residenti
–
użu ta' enerġija b'unitajiet residenti barra mill-pajjiż
+
użu ta' enerġija minn persuni fit-territorju li mhumiex residenti
+
id-differenzi statistiċi
=
konsum gross domestiku tal-enerġija (ibbażat fuq it-territorju) Taqsima 6 TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|