+Artikolu 4 L-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni privileġġata
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 4a.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
|
Artikolu 4 L-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni privileġġata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Il-parteċipanti fis-suq għandhom jiżvelaw pubblikament, effettivament u fil-ħin dovut, informazzjoni privileġġata li tkun fil-pussess tagħhom dwar negozju jew faċilitajiet li l-parteċipant konċernat fis-suq, jew l-impriża prinċipali tiegħu jew impriża relatata, ikunu proprjetarji tagħhom jew li jikkontrollaw jew li għall-affarijiet operattivi tagħħhom dak il-parteċipant jew impriża ikunu responsabbli jew b'mod sħiħ jew b'mod parzjali. Żvelar ta’ dan ix-xorta għandu jinkludi informazzjoni rilevanti għall-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni
►M2
tal-elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ jew relatati mal-kapaċità u l-użu tal-faċiliatjiet-LNG, inkluż nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata jew mhux ippjanata ta’ dawn il-faċilitajiet. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jiżvelaw l-informazzjoni privileġġata permezz ta’ IIPs. L-IIPs għandhom jiżguraw li l-informazzjoni privileġġata ssir pubblika b’mod li jkun jista’ jinkiseb aċċess fil-pront għal dik l-informazzjoni, inkluż permezz sit web jew interfaċċa ċara tal-programmi tal-applikazzjoni, u ssir valutazzjoni sħiħa, korretta u fil-ħin ta’ dik l-informazzjoni mill-pubbliku.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Parteċipant fis-suq, taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, jista' b'mod straordinarju jdewwem l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata sabiex ma jippreġudikax l-interessi leġittimi tiegħu sakemm ma jkunx probabbli li omissjoni ta’ din ix-xorta tqarraq lill-pubbliku u sakemm il-parteċipant fis-suq ikun jista' jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni u ma jiħux deċiżjonijiet relatati ma’ negozju fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa bbażati fuq dik l-informazzjoni. F'din is-sitwazzjoni, il-parteċipant fis-suq għandu bla dewmien jipprovdi din l-informazzjoni, flimkien ma’ ġustifikazzjoni għad-dewmien tal-iżvelar pubbliku, lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti filwaqt li jikkunsidra l-Artikolu 8(5).
|
|
Artikolu 4 3.
|
Kull fejn parteċipant fis-suq jew persuna impjegata minn parteċipant fis-suq jew li taġixxi f'ismu jiżvelaw informazzjoni privileġġata b'rabta ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa fit-twettiq normali tal-impjieg, il-professjoni jew il-kompiti tagħhom kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1), dik il-persuna jew parteċipant tas-suq għandha tiżgura l-iżvelar pubbliku simultanju, komplet u effikaċi ta’ dik l-informazzjoni. Fil-każ ta’ żvelar mhux intenzjonat, il-parteċipant fis-suq għandu jiżgura l-iżvelar pubbliku komplet u effikaċi tal-informazzjoni mill-iktar fis possibbli wara l-iżvelar mhux intenzjonat. Dan il-paragrafu ma għandux japplika jekk il-persuna li tirċievi l-informazzjoni jkollha obbligu ta’ kunfidenzjalità, irrispettivament minn jekk tali obbligu jkunx derivat minn liġi, regolament, artikoli ta’ assoċjazzjoni jew kuntratt.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni privileġġata, inkluż b’forma aggregata, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/943tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) jew mar-Regolament (KE) Nru 715/2009, u b’linji gwida u kodiċijiet tan-network adottati skont dawk ir-Regolamenti għandhom jikkostitwixxu żvelar effettiv iżda mhux neċessarjament żvelar fil-ħin u pubbliku skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 4 4a.
|
Sat-8 ta’ Mejju 2025 l-Aġenzija għandha tiżviluppa u topera pjattaforma li sservi bħala punt ta’ aċċess elettroniku speċifiku għas-settur għal informazzjoni privileġġata divulgata skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Meta eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppubblikata ċerta dejta tkun ingħatat lil operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni skont ir-
►M1
Regolament (UE) 2019/943 ◄ jew ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, dak l-operatur b'hekk ikun eżentat ukoll mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dik id-dejta.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-parteċipanti fis-suq taħt id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE, u r-
►M1
Regolament (UE) 2019/943 ◄ u (KE) Nru 715/2009, inklużi l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont dawk id-Direttivi u r-Regolamenti, b'mod partikolari rigward l-iskedar u l-metodu ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-parteċipanti fis-suq li jdewmu l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva marbuta mal-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika u kif previst fil-punt (d) tal-Artikolu 2tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (
11
), jekk tkun klassifikata f'pajjiżhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|