+Artikolu 12 Affidabbiltà operattiva
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.

Artikolu 12 Affidabbiltà operattiva

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
L-Aġenzija għandha tiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikoli 8 u 10. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tipprevjeni kwalunkwe użu ħażin ta', u aċċess mhux awtorizzat għal, l-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha.

Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, il-EUROFISC, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-ESMA u awtoritajiet rilevanti oħra għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni li jirċievu skont l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(5) jew l-Artikolu 10, għandhom jieħdu passi biex jipprevjenu kull użu ħażin ta’ tali informazzjoni, u għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

L-Aġenzija għandha tidentifika s-sorsi ta’ riskju operattiv u timminimizzahom billi tiżviluppa sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa.

Artikolu 12 2.
Sat-8 ta’ Mejju 2025, l-Aġenzija għandha tiżviluppa ċentru ta’ referenza tal-informazzjoni li fih id-data tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa tal-Unjoni (“iċ-Ċentru ta’ Referenza”). Suġġett għall-Artikolu 17, l-Aġenzija għandha tippubblika, permezz taċ-Ċentru ta’ Referenza partijiet mill-informazzjoni li jkollha, sakemm ma tiġix żvelata u ma tkunx tista’ tiġi dedotta informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali dwar parteċipanti individwali fis-suq, dwar tranżazzjonijiet individwali jew dwar postijiet tas-suq individwali u ma jistgħux jiġu identifikati permezz ta’ informazzjoni aggregata dwar OMPS, IIPS u RRMs skont il-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, ħlief elementi kummerċjalment sensittivi.

L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli l-bażi ta’ data tagħha li ma tkunx sensittiva mil-lat kummerċjali għal skopijiet xejntifiċi, skont rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata jew issir disponibbli fl-interess tat-titjib tat-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u sakemm ma jkunx probabbli li toħloq xi distorsjoni tal-kompetizzjoni f’dawk is-swieq tal-enerġija.

L-Aġenzija għandha xxerred l-informazzjoni b’mod ġust f’konformità ma’ regoli trasparenti li għandha tfassal u tagħmel disponibbli pubblikament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.