|
+Artikolu 12 2. |
Artikolu 12 2.Sat-8 ta’ Mejju 2025, l-Aġenzija għandha tiżviluppa ċentru ta’ referenza tal-informazzjoni li fih id-data tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa tal-Unjoni (“iċ-Ċentru ta’ Referenza”). Suġġett għall-Artikolu 17, l-Aġenzija għandha tippubblika, permezz taċ-Ċentru ta’ Referenza partijiet mill-informazzjoni li jkollha, sakemm ma tiġix żvelata u ma tkunx tista’ tiġi dedotta informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali dwar parteċipanti individwali fis-suq, dwar tranżazzjonijiet individwali jew dwar postijiet tas-suq individwali u ma jistgħux jiġu identifikati permezz ta’ informazzjoni aggregata dwar OMPS, IIPS u RRMs skont il-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, ħlief elementi kummerċjalment sensittivi. L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli l-bażi ta’ data tagħha li ma tkunx sensittiva mil-lat kummerċjali għal skopijiet xejntifiċi, skont rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata jew issir disponibbli fl-interess tat-titjib tat-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u sakemm ma jkunx probabbli li toħloq xi distorsjoni tal-kompetizzjoni f’dawk is-swieq tal-enerġija. L-Aġenzija għandha xxerred l-informazzjoni b’mod ġust f’konformità ma’ regoli trasparenti li għandha tfassal u tagħmel disponibbli pubblikament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|