|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5 u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4, 7c 8, 9 u 15 jiġu sodisfatti u inforzati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu kompetenti biex jinvestigaw l-atti kollha mwettqa fis-swieq nazzjonali tal-enerġija bl-ingrossa tagħhom u jinfurzaw dan ir-Regolament, irrispettivament minn fejn il-parteċipant fis-suq li jwettaq dawk l-atti jkun irreġistrat jew ikun fl-obbligu li jirreġistra skont l-Artikolu 9(1). Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħu jkollha s-setgħat investigattivi u ta’ infurzar meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’mod proporzjonat. Dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati:
(a)
direttament;
(b)
b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;
(c)
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali kompetenti; jew
(d)
wara rakkomandazzjoni tal-Aġenzija. Meta xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżerċitaw is-setgħat investigattivi tagħhom b’kollaborazzjoni ma’ OMPs, sistemi tat-tqabbil tal-kummerċ jew persuni oħra li professjonalment jagħmlu arranġamenti għat-tranżazzjonijiet jew iwettqu t-tranżazzjonijiet kif imsemmi l-Artikolu 8(4), il-punt (d). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|