+Artikolu 13 Implimentazzjoni tal-projbizzjonijiet kontra l-abbuż tas-suq
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
---+Artikolu 13 9.
---+Artikolu 13 10.
---+Artikolu 13 11.
---+Artikolu 13 12.

Artikolu 13 Implimentazzjoni tal-projbizzjonijiet kontra l-abbuż tas-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5 u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4, 7c 8, 9 u 15 jiġu sodisfatti u inforzati.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu kompetenti biex jinvestigaw l-atti kollha mwettqa fis-swieq nazzjonali tal-enerġija bl-ingrossa tagħhom u jinfurzaw dan ir-Regolament, irrispettivament minn fejn il-parteċipant fis-suq li jwettaq dawk l-atti jkun irreġistrat jew ikun fl-obbligu li jirreġistra skont l-Artikolu 9(1).

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħu jkollha s-setgħat investigattivi u ta’ infurzar meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’mod proporzjonat.

Dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati:

(a) 

direttament;

(b) 

b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c) 

b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali kompetenti; jew

(d) 

wara rakkomandazzjoni tal-Aġenzija.

Meta xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżerċitaw is-setgħat investigattivi tagħhom b’kollaborazzjoni ma’ OMPs, sistemi tat-tqabbil tal-kummerċ jew persuni oħra li professjonalment jagħmlu arranġamenti għat-tranżazzjonijiet jew iwettqu t-tranżazzjonijiet kif imsemmi l-Artikolu 8(4), il-punt (d).

Artikolu 13 2.

Is-setgħat investigattivi u ta’ infurzar imsemmija fil-pargarafu 1 għandhom ikunu limitati għall-għan tal-investigazzjoni. Għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mal-liġi nazzjonali u jinkludu d-dritt li:

(a) 

ikun hemm aċċess għal kwalunkwe dokument rilevanti fi kwalunwke forma jkun, u li tiġi riċevuta kopja tiegħu;

(b) 

tintalab informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna rilevanti, inklużi dawk li jkunu suċċessivament involuti fit-trażmissjoni tal-ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet konċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u jekk ikun meħtieġ, id-dritt li tissejjaħ u tinstema' kwalunkwe tali persuna jew prinċipal;

(c) 

jitwettqu spezzjonijiet fil-post;

(d) 

jintalbu r-reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u r-reġistri tat-traffiku tad-dejta eżistenti;

(e) 

jintalab il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika li tmur kontra dan ir-Regolament jew atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

(f) 

issir talba lil qorti għall-iffriżar jew għas-sekwestru ta’ assi;

(g) 

jintalab lil qorti jew lil kwalunkwe awtorità kompetenti timponi projbizzjoni temporanja ta’ attività professjonali.

Artikolu 13 3.
Biex tiġġieled kontra l-ksur ta’ dan ir-Regolament, tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet ta’ infurzar tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u tikkontribwixxi għal applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni kollha, l-Aġenzija, f’kooperazzjoni mill-qrib u attiva mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, tista’ twettaq investigazzjonijiet billi teżerċita s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 13a, 13b u 13c u f’konformità magħhom.
Artikolu 13 4.

Fi żmien suffiċjenti qabel ma teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 3 fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru fejn jitwettqu l-atti li l-Aġenzija raġonevolment tissuspetta li jkunu qed jiksru dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra ta’ dak l-Istat Membru. L-Aġenzija tista’ teżerċita s-setgħat tagħha f’dik il-ġuriżdizzjoni, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma toġġezzjonax minħabba li:

(a) 

tkun formalment fetħet jew tkun qed twettaq investigazzjoni dwar l-istess fatti; jew

(b) 

tkun wettqet investigazzjoni dwar l-istess fatti u ddeterminat l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ ksur.

L-Aġenzija tista’ tkompli teżerċita s-setgħat tagħha fil-bqija tal-ġuriżdizzjonijiet ta’ dawk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li ma jkunux qajmu oġġezzjoni skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu. L-Aġenzija ma għandhiex teżerċita s-setgħat tagħha jekk tkun diġà twettqet investigazzjoni dwar l-istess fatti u tkun ġiet konkluża dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ ksur.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-Aġenzija bl-oġġezzjoni tagħha fi żmien tliet xhur wara li jiġi informat skont l-ewwel subparagrafu. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkoopera mal-Aġenzija, inkluż billi:

(a) 

il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u sejbiet rilevanti għall-Aġenzija biex teżerċita s-setgħat tagħha skont il-paragrafu 3 f’ġuriżdizzjonijiet rilevanti oħra kkonċernati; u

(b) 

il-parteċipazzjoni, fuq talba tal-Aġenzija, fi grupp investigattiv imlaqqa’ f’konformità mal-Artikolu 16(4), il-punt (c).

L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif tal-grupp investigattiv u, fuq it-talba ta’ waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati, l-Aġenzija tista’ tistieden lill-Kummissjoni tipparteċipa, bħala osservatur, f’dak il-grupp investigatorju.

Artikolu 13 5.

L-Aġenzija tista’ teżerċita s-setgħat tagħha biex tiżgura li l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5 jiġu infurzati meta:

(a) 

ikunu qed jitwettqu jew ikunu twettqu atti fuq prodotti tal-enerġija bl-ingrossa għall-konsenja f’mill-inqas żewġ Stati Membri;

(b) 

l-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti, mingħajr preġudizzju għad-derogi msemmija fl-Artikolu 16(5), ma tiħux il-miżuri meħtieġa malajr kemm jista jkun biex tikkonforma mat-talba mill-Aġenzija skont l-Artikolu 16(4), il-punt (b), fejn hemm impatt transfruntier.

(c) 

mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-awtorità regolatorja nazzjonali titlob lill-Aġenzija teżerċita s-setgħat tagħha fir-rigward ta’ atti, anke jekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu, li għandhom impatt transfruntier.

Artikolu 13 6.
L-Aġenzija tista’ teżerċita s-setgħat tagħha biex tiżgura li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 jiġu ssodisfati meta l-informazzjoni privileġġjata rilevanti x’aktarx taffettwa b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jitwasslu f’mill-inqas żewġ Stati Membri.
Artikolu 13 7.

L-Aġenzija tista’ teżerċita s-setgħat tagħha biex tiżgura li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8 jiġu sodisfatti meta:

(a) 

ksur suspettat jaffettwa l-monitoraġġ tal-attività kummerċjali msemmi fl-Artikolu 7 mill-Aġenzija, fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa f’mill-inqas żewġ Stati Membri; jew

(b) 

ksur suspettat jaffettwa l-kwalità tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 f’mill-inqas żewġ Stati Membri.

Artikolu 13 8.
L-Aġenzija tista’ teżerċita s-setgħat tagħha biex tiżgura li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 15 jiġu sodisfatti meta l-persuni msemmija f’dak l-Artikolu jkunu jagħmlu arranġamenti għat-tranżazzjonijiet jew iwettqu t-tranżazzjonijiet professjonalment ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa għall-konsenja f’mill-inqas żewġ Stati Membri.
Artikolu 13 9.
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont il-paragrafi 5 sa 8, l-Aġenzija tista’ tagħti prijorità lill-każijiet bl-aktar impatt transfruntier sinifikanti. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-kriterji biex tidentifika l-każijiet bl-aktar impatt transfruntier sinifikanti, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u f’kooperazzjoni magħhom.
Artikolu 13 10.
Għall-fini li jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Aġenzija stabbiliti fil-paragrafi 5, il-punti (a) u (b), 6, 7 u 8 humiex issodisfati, il-konsenja ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa f’żona tal-offerti jew tal-ibbilanċjar li tinkludi t-territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri għandha titqies bħala konsenja fi Stat Membru wieħed.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tagħmel talba skont il-paragrafu 4, il-punt (d) jew toġġezzjona skont il-paragrafu 3a.

Artikolu 13 11.
Mat-tlestija tal-azzjonijiet tagħha, meħuda biex teżerċita s-setgħat tagħha skont il-paragrafu 5 sa 8, l-Aġenzija għandha tfassal rapport tal-investigazzjoni li jippreżenta s-sejbiet tal-Aġenzija. Ir-rapport ta’ investigazzjoni għandu jinkludi wkoll l-evidenza kollha li fuqha ġew ibbażati s-sejbiet. Jekk fir-rapport ta’ investigazzjoni l-Aġenzija tqis li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati kif xieraq u teżiġi li dawn jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 18. Fir-rapport ta’ investigazzjoni l-Aġenzija tista’ wkoll tirrakkomanda ċerti miżuri ta’ segwitu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u, meta jkun meħtieġ, għandha tinforma lill-Kummissjoni. Fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu r-rapport ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jikkomunikaw lill-Aġenzija u, fejn meħtieġ lill-Kummissjoni, il-miżuri li huma jqisu meħtieġa li jieħdu.
Artikolu 13 12.
L-Aġenzija, fuq bażi regolari u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena, għandha tissottometti sommarji tar-rapporti li tkun fasslet, f’forma aggregata u anonimizzata, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawn is-sommarji u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.