+Artikolu 13 4.

Artikolu 13 4.

Fi żmien suffiċjenti qabel ma teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 3 fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru fejn jitwettqu l-atti li l-Aġenzija raġonevolment tissuspetta li jkunu qed jiksru dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra ta’ dak l-Istat Membru. L-Aġenzija tista’ teżerċita s-setgħat tagħha f’dik il-ġuriżdizzjoni, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma toġġezzjonax minħabba li:

(a) 

tkun formalment fetħet jew tkun qed twettaq investigazzjoni dwar l-istess fatti; jew

(b) 

tkun wettqet investigazzjoni dwar l-istess fatti u ddeterminat l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ ksur.

L-Aġenzija tista’ tkompli teżerċita s-setgħat tagħha fil-bqija tal-ġuriżdizzjonijiet ta’ dawk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li ma jkunux qajmu oġġezzjoni skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu. L-Aġenzija ma għandhiex teżerċita s-setgħat tagħha jekk tkun diġà twettqet investigazzjoni dwar l-istess fatti u tkun ġiet konkluża dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ ksur.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-Aġenzija bl-oġġezzjoni tagħha fi żmien tliet xhur wara li jiġi informat skont l-ewwel subparagrafu. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkoopera mal-Aġenzija, inkluż billi:

(a) 

il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u sejbiet rilevanti għall-Aġenzija biex teżerċita s-setgħat tagħha skont il-paragrafu 3 f’ġuriżdizzjonijiet rilevanti oħra kkonċernati; u

(b) 

il-parteċipazzjoni, fuq talba tal-Aġenzija, fi grupp investigattiv imlaqqa’ f’konformità mal-Artikolu 16(4), il-punt (c).

L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif tal-grupp investigattiv u, fuq it-talba ta’ waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati, l-Aġenzija tista’ tistieden lill-Kummissjoni tipparteċipa, bħala osservatur, f’dak il-grupp investigatorju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.