|
+Artikolu 13a 3. |
Artikolu 13a 3.Sa fejn ikun meħtieġ għall-ispezzjoni fuq il-post, l-uffiċjali tal-Aġenzija u persuni awtorizzati jew maħtura minnha biex iwettqu dik l-ispezzjoni għandhom is-setgħa, fil-konfront tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni adottata mill-Aġenzija skont il-paragrafu 6 li:
(a)
jidħlu fil-bini rilevanti ta’ dawn il-persuni;
(b)
jeżaminaw ir-reġistri u rekords oħra marbuta man-negozju tagħhom, irrispettivament mill-mezz li fih ikunu maħżuna;
(c)
jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji jew siltiet minn tali reġistri jew rekords;
(d)
jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u reġistri jew rekords għall-perjodu u sa fejn ikun meħtieġ għall-ispezzjoni;
(e)
jitolbu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal ta’ dawn il-persuni biex jagħtu spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti marbuta mas-suġġett u mal-fini tal-ispezzjoni fuq il-post u jirreġistraw it-tweġibiet. Ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, is-siġilli msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) ma għandhomx jibqgħu mwaħħla għal aktar minn 72 siegħa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|