+Artikolu 13a Spezzjonijiet fuq il-post mill-Aġenzija
---+Artikolu 13a 1.
---+Artikolu 13a 2.
---+Artikolu 13a 3.
---+Artikolu 13a 4.
---+Artikolu 13a 5.
---+Artikolu 13a 6.
---+Artikolu 13a 7.
---+Artikolu 13a 8.
---+Artikolu 13a 9.
---+Artikolu 13a 10.

Artikolu 13a Spezzjonijiet fuq il-post mill-Aġenzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13a 1.
L-Aġenzija għandha tħejji u twettaq spezzjonijiet fuq il-post f’kooperazzjoni mill-qrib u f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 13a 2.
Biex tissodisfa l-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikolu 13 (5)sa (8), l-Aġenzija tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fil-bini tal-persuni soġġetti għall-investigazzjoni fejn jistgħu jkunu miżmuma r-rekords kummerċjali. Meta t-twettiq xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni fuq il-post ikunu jeżiġu dan, l-Aġenzija tista’ twettaq dik l-ispezzjoni mingħajr avviż bil-quddiem lill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni.
Artikolu 13a 3.

Sa fejn ikun meħtieġ għall-ispezzjoni fuq il-post, l-uffiċjali tal-Aġenzija u persuni awtorizzati jew maħtura minnha biex iwettqu dik l-ispezzjoni għandhom is-setgħa, fil-konfront tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni adottata mill-Aġenzija skont il-paragrafu 6 li:

(a) 

jidħlu fil-bini rilevanti ta’ dawn il-persuni;

(b) 

jeżaminaw ir-reġistri u rekords oħra marbuta man-negozju tagħhom, irrispettivament mill-mezz li fih ikunu maħżuna;

(c) 

jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji jew siltiet minn tali reġistri jew rekords;

(d) 

jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u reġistri jew rekords għall-perjodu u sa fejn ikun meħtieġ għall-ispezzjoni;

(e) 

jitolbu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal ta’ dawn il-persuni biex jagħtu spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti marbuta mas-suġġett u mal-fini tal-ispezzjoni fuq il-post u jirreġistraw it-tweġibiet.

Ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, is-siġilli msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) ma għandhomx jibqgħu mwaħħla għal aktar minn 72 siegħa.

Artikolu 13a 4.
Jekk ikun hemm suspett raġonevoli li r-rekords kummerċjali relatati mas-suġġett ta’ spezzjoni fuq il-post, li jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi ppruvat ksur ta’ dan ir-Regolament, qed jinżammu f’bini privat ta’ diretturi, maniġers jew membri oħra tal-persunal tan-negozji kkonċernati minn investigazzjoni, l-Aġenzija tista’, permezz ta’ deċiżjoni, twettaq spezzjoni fuq il-post f’dak il-bini privat. F’każijiet bħal dawn, id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandha ssemmi wkoll ir-raġunijiet li wasslu lill-Aġenzija biex tikkonkludi li jeżisti suspett raġonevoli.
Artikolu 13a 5.
L-uffiċjali u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura mill-Aġenzija biex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-ispezzjoni fuq il-post.
Artikolu 13a 6.
Il-persuni soġġetti għal spezzjoni għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni adottata mill-Aġenzija. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni fuq il-post, tindika d-data meta għandha tinbeda, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 13g fejn il-persuna kkonċernata ma tissottomettix ruħha għall-ispezzjoni fuq il-post f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-‘Qorti tal-Ġustizzja’). L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ser issir l-ispezzjoni qabel ma tadotta dik id-deċiżjoni.
Artikolu 13a 7.
L-uffiċjali, u persuni awtorizzati jew maħtura mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ser issir l-ispezzjoni fuq il-post, għandhom, meta jintalbu mill-Aġenzija, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali tal-Aġenzija u lill-persuni awtorizzati jew maħtura minnha. Għal dak il-għan għandu jkollhom is-setgħat stipulati f’dan l-Artikolu. L-uffiċjali tal-awtorità regolatorja nazzjonali jistgħu wkoll jkunu preżenti għall-ispezzjoni fuq il-post, jekk jitolbu dan.
Artikolu 13a 8.
Meta l-uffiċjali u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura mill-Aġenzija, isibu li xi persuna tkun qed topponi spezzjoni fuq il-post ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tipprovdi lilhom, jew lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti oħra, l-assistenza meħtieġa, filwaqt li għandha titlob, meta xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, biex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.
Artikolu 13a 9.
Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafi 7 u 8 tkun teħtieġ l-awtorizzazzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, l-Aġenzija għandha tapplika wkoll għal dik l-awtorizzazzjoni. L-Aġenzija tista’ tapplika wkoll għal dik l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, spezzjoni fuq il-post m’għandhiex issir mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali.
Artikolu 13a 10.

Meta l-Aġenzija tapplika għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 9, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li:

(a) 

id-deċiżjoni tal-Aġenzija hija awtentika; u

(b) 

kull miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva fir-rigward tas-suġġett tal-ispezzjoni fuq il-post.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu -, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-Aġenzija għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari dwar ir-raġunijiet li l-Aġenzija jkollha biex tissuspetta li jkun sar ksur kif imsemmi fl-Artikolu 13(3), is-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-investigazzjoni. B’deroga mill-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2019/942, id-deċiżjoni tal-Aġenzija għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.