|
+Artikolu 13d 1. |
Artikolu 13d 1.L-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet fuq il-post, titlob informazzjoni u tieħu dikjarazzjonijiet b’rispett sħiħ tas-salvagwardji proċedurali ta’ persuni soġġetti għal investigazzjoni, li jinkludu:
(a)
id-dritt li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet awtoinkriminanti;
(b)
id-dritt li jkunu assistiti minn persuna tal-għażla tagħhom;
(c)
id-dritt li jużaw xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qed issir l-ispezzjoni fuq il-post;
(d)
id-dritt li jikkummentaw dwar fatti li jikkonċernawhom qabel l-adozzjoni tar-rapport tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 13(11),
(e)
id-dritt li jirċievu kopja tar-reġistrazzjoni tal-intervista u li japprovawha jew iżidu xi osservazzjonijiet għaliha. L-istedina għall-kummenti dwar fatti skont id-dritt imsemmi fil-punt (d) għandha tinkludi sommarju tal-fatti li jikkonċernaw il-persuna inkwistjoni u għandha tindika limitu ta’ żmien adegwat għas-sottomissjoni tal-kummenti. F’każijiet debitament sostanzjati fejn ikun meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-ispezzjoni fuq il-post jew ta’ investigazzjoni amministrattiva jew kriminali li tkun għaddejja jew futura minn awtorità nazzjonali, l-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li tiddifferixxi l-istedina għall-kummenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|