+Artikolu 13d Salvagwardji proċedurali
---+Artikolu 13d 1.
---+Artikolu 13d 2.
---+Artikolu 13d 3.
---+Artikolu 13d 4.
|
Artikolu 13d Salvagwardji proċedurali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13d 1.
|
L-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet fuq il-post, titlob informazzjoni u tieħu dikjarazzjonijiet b’rispett sħiħ tas-salvagwardji proċedurali ta’ persuni soġġetti għal investigazzjoni, li jinkludu:
(a)
id-dritt li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet awtoinkriminanti;
(b)
id-dritt li jkunu assistiti minn persuna tal-għażla tagħhom;
(c)
id-dritt li jużaw xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qed issir l-ispezzjoni fuq il-post;
(d)
id-dritt li jikkummentaw dwar fatti li jikkonċernawhom qabel l-adozzjoni tar-rapport tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 13(11),
(e)
id-dritt li jirċievu kopja tar-reġistrazzjoni tal-intervista u li japprovawha jew iżidu xi osservazzjonijiet għaliha.
L-istedina għall-kummenti dwar fatti skont id-dritt imsemmi fil-punt (d) għandha tinkludi sommarju tal-fatti li jikkonċernaw il-persuna inkwistjoni u għandha tindika limitu ta’ żmien adegwat għas-sottomissjoni tal-kummenti. F’każijiet debitament sostanzjati fejn ikun meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-ispezzjoni fuq il-post jew ta’ investigazzjoni amministrattiva jew kriminali li tkun għaddejja jew futura minn awtorità nazzjonali, l-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li tiddifferixxi l-istedina għall-kummenti.
|
|
Artikolu 13d 2.
|
L-Aġenzija għandha tfittex evidenza favur u kontra l-persuni soġġetti għal investigazzjoni, u għandha twettaq spezzjonijiet fuq il-post, titlob l-informazzjoni u tieħu dikjarazzjonijiet b’mod oġġettiv u imparzjali u f’konformità mal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza.
|
|
Artikolu 13d 3.
|
L-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet fuq il-post, titlob informazzjoni u tieħu dikjarazzjonjiet b’rispett sħiħ tar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u r-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 13d 4.
|
L-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) 2019/942 ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija adottati skont l-Artikolu 13a(6) jew l-Artikolu 13b(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|