+Artikolu 18 Penali
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
|
Artikolu 18 Penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, dissważivi u proporzjonati, jirriflettu n-natura, it-tul u s-serjetà tal-ksur, id-dannu kkawżat lill-konsumaturi u l-qligħ potenzjali min-negozjar abbażi tal-informazzjoni privileġġata u tal-manipulazzjoni tas-suq. Mingħajr preġudizzju għal xi piena kriminali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jadottaw multi amministrattivi xierqa u miżuri amministrattivi oħra fir-rigward tal-ksur ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fl-Artikolu 13(1). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet fid-dettall lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija u għandhom jinnotifikawhom minnufih dwar kull emenda sussegwenti li dawk id-dispożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Fejn is-sistema legali tal-Istat Membru ma tipprevedix multi amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-proċedura tal-immultar tinbeda mill-awtorità kompetenti u tiġi imposta minn qrati nazzjonali kompetenti, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għal multi amministrattivi imposti minn awtoritajiet superviżorji. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tagħhom li huma jadottaw skont dan il-paragrafu sat-8 ta’ Mejju 2026 u jinnotifikaw il-Kummissjoni, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
|
|
Artikolu 18 3.
|
L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali u soġġetti għall-prinċipju ne bis in idem, jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas il-multi amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur ta’ dan ir-Regolament:
(a)
jeżiġu li jitwaqqaf il-ksur;
(b)
jordnaw ic-ċediment tal-qligħ miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(c)
joħorġu twissijiet jew avviżi pubbliċi;
(d)
jimponu pagamenti perjodiċi ta’ penali;
(e)
jimponu multi amministrattivi;
|
|
Artikolu 18 4.
|
Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, il-multi amministrattivi massimi msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (e) għandhom ikunu kif ġejjin:
(a)
għall-ksur tal-Artikoli 3 u 5, mill-inqas EUR 5 000 000 ;
(b)
għall-ksur tal-Artikoli 4 u 15, mill-inqas EUR 1 000 000 ;
(c)
għall-ksur tal-Artikoli 8 u 9, mill-inqas EUR 500 000 .
Minkejja l-paragrafu 3, il-punt (e), l-ammont tal-multa amministrattiva ma għandux jaqbeż l-20 % tal-introjtu annwali fis-sena kalendarja preċedenti tal-persuna fiżika kkonċernata. Meta l-persuna fiżika tkun ibbenefikat finanzjarjament direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa amministrattiva għandu jkun mill-inqas daqs dak il-benefiċċju.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, il-multi amministrattivi massimi msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (e) għandhom ikunu kif ġejjin:
(a)
għall-ksur tal-Artikoli 3 u 5, mill-inqas 15 % tal-introjtu annwali totali fis-sena finanzjarja preċedenti;
(b)
għall-ksur tal-Artikoli 4 u 15, mill-inqas 2 % tal-introjtu annwali totali fis-sena finanzjarja preċedenti;
(c)
għall-ksur tal-Artikoli 8 u 9, mill-inqas 1 % tal-introjtu annwali totali fis-sena finanzjarja preċedenti;.
Minkejja l-paragrafu 3, il-punt (e), l-ammont tal-multa amministrattiva ma għandux jaqbeż l-20 % tal-introjtu annwali fis-sena kalendarja preċedenti tal-persuna ġuridika kkonċernata. Meta l-persuna ġuridika tkun ibbenefikat finanzjarjament direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa amministrattiva għandu jkun mill-inqas daqs dak il-benefiċċju.
|
|
Artikolu 18 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tiżvela lill-pubbliku l-miżuri jew il-penali imposti għall-ksur ta’ dan ir-Regolament sakemm dak l-iżvelar ma jkunx jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.
|
|
Artikolu 18 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ multi amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:
(a)
il-gravità u d-durata tal-ksur;
(b)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat, pereżempju, mill-fatturat annwali totali ta’ persuna ġuridika jew mid-dħul annwali ta’ persuna fiżika;
(d)
l-importanza tal-profitti miksubin jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(f)
ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;
g)
il-miżuri meħudin mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tiegħu; u
(h)
id-duplikazzjoni ta’ proċedimenti kriminali u amministrattivi u ta’ multi għall-istess ksur kontra l-persuna responsabbli għall-ksur.
|
|
Artikolu 18 8.
|
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu multi amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn taħt il-paragrafu 1 it-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom, u l-multi amministrattivi li huma jimponu, u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn li jieħdu, ikunu effettivi u xierqa taħt dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 16(2) biex jevitaw id-duplikazzjoni u t-trikkib meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jimponu multi amministrattivi fir-rigward ta’ każijiet transkonfinali.
|
|
Artikolu 18 9.
|
Sat-8 ta’ Mejju 2027 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta jekk il-penali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament humiex previsti u applikati b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|