|
+Artikolu 14 6. |
Artikolu 14 6.Sustanzi elenkati fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjoni li twassal għall-obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunx fihom sustanzi oħra jew le, indipendentement mill-użu intiż fil-Parti ta’ importazzjoni jew -pajjiż ieħor, m'għandhomx jiġu esportati jekk ma tkunx ġiet ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun intalab mill-esportatur, u ngħata l-kunsens espliċitu li jimporta, mill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija,u l-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew awtorità kompetenti f'pajjiż ieħor li jimporta;
(b)
fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I, l-aħħar ċirkolari maħruġa mis-Segretarjat skont il-paragrafu 1 tindika li l-Parti li timporta tat il-kunsens tagħha għall-importazzjoni. Fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati f'Parti 2 tal-Anness I li huma għall-esportazzjoni lejn pajjiżi OECD, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur tista', fuq talba tal-esportatur, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni u fuq il-bażi ta’ kull każ għalih, tiddeċiedi li l-ebda kunsens espliċitu m'huwa meħtieġ jekk is-sustanza kimika, fil-waqt tal-importazzjoni fil-pajjiż OECD kkonċernat, hija lliċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata f'dak il-pajjiż OECD Fejn ikun intalab il-kunsens espliċitu skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jekk l-Aġenzija ma tkunx irċeviet tweġiba għat-talba fi żmien 30 jum, l-Aġenzija għandha f'isem il-Kummissjoni tibgħat tfakkira sakemm il-Kummissjoni jew l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur ma tkunx irċeviet tweġiba u bagħtitha lill-Aġenzija. Fejn jixraq, jekk tkun għadha ma waslitx tweġiba fi żmien 30 jum ieħor, l-Aġenzija tista' tibgħat tfakkiriet ulterjuri kif meħtieġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|