+Artikolu 29 Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza u tħejjija għal emerġenza
---+Article 29 1.
---+Article 29 2.
---+Article 29 3.
---+Article 29 4.
---+Article 29 5.
---+Article 29 6.
---+Article 29 7.

Artikolu 29 Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza u tħejjija għal emerġenza

Artikolu 29

Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza u tħejjija għal emerġenza

1.  L-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza li jkopru l-installazzjonijiet kollha taż-żejt u tal-gass offshore jew infrastrutturi konnessi u ż-żoni potenzjalment affettwati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw ir-rwol u l-obbligu finanzjarju tad-detenturi tal-liċenzji u l-operaturi fil-pjanijiet ta' rispons estern għal emerġenza.

2.  Il-pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza għandhom jitħejjew mill-Istat Membru f'kooperazzjoni mal-operaturi u s-sidien rilevanti u, kif adatt, mad-detenturi tal-liċenzji u mal-awtorità kompetenti, u għandhom iqisu l-pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza l-aktar aġġornati tal-installazzjonijiet eżistenti jew ippjanati jew l-infrastruttura konnessa fiż-żona koperta mill-pjan estern ta' rispons għam emerġenza.

3.  Il-pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza għandhom jitħejjew f'konformità mal-Anness VII, u għandhom isiru disponibbli għall-Kummissjoni, għal Stati Membri oħra potenzjalment affettwati u għall-pubbliku. Meta jagħmlu disponibbli l-pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mogħtija ma toħloqx riskji għas-sikurezza u s-sigurtà tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u l-operazzjoni tagħhom u ma tkunx ta' ħsara għall-interessi ekonomiċi tal-Istati Membri jew is-sikurezza u l-benessri personali tal-uffiċjali tal-Istati Membri.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jilħqu livell għoli ta’ kompatibbiltà u interoperabbiltà fit-tagħmir u l-għarfien espert għar-rispons bejn l-Istati Membri kollha f’reġjun ġeografiku, u aktar ’il bogħod meta jkun adatt. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-industrija biex tiżviluppa tagħmir ta’ rispons u servizzi kuntrattati li jkunu kompatibbli u interoperabbli fir-reġjun ġeografiku kollu.

5.  L-Istati Membri għandhom iżommu dokumentazzjoni tat-tagħmir u s-servizzi ta' rispons għal emerġenza skont l-Anness VIII, punt 1. Din id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri l-oħra potenzjalment affettwati u għall-Kummissjoni u, fuq bażi reċiproka, għall-pajjiżi terzi ġirien.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien għandhom regolarment jittestjaw it-tħejjija tagħhom biex jirrispondu b'mod effettiv għal inċidenti kbar f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn adatt, il-punti ta' kuntatt jiżviluppaw xenarji ta' kooperazzjoni għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Tali xenarji jistgħu jiġu vvalutati regolarment u aġġornati kif meħtieġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 29 1.
Member States shall prepare external emergency response plans covering all offshore oil and gas installations or connected infrastructure and potentially affected areas within their jurisdiction. Member States shall specify the role and financial obligation of licensees and operators in the external emergency response plans.
Article 29 2.
External emergency response plans shall be prepared by the Member State in cooperation with relevant operators and owners and, as appropriate, licensees and the competent authority, and shall take into account the most up to date version of the internal emergency response plans of the existing or planned installations or connected infrastructure in the area covered by the external emergency response plan.
Article 29 3.
External emergency response plans shall be prepared in accordance with Annex VII, and shall be made available to the Commission, other potentially affected Member States and the public. When making available their external emergency response plans, the Member States shall ensure that disclosed information does not pose risks to the safety and security of offshore oil and gas installations and their operation and does not harm the economic interests of the Member States or the personal safety and well-being of officials of Member States.
Article 29 4.
Member States shall take suitable measures to achieve a high level of compatibility and interoperability of response equipment and expertise between all Member States in a geographical region, and further afield where appropriate. Member States shall encourage industry to develop response equipment and contracted services that are compatible and interoperable throughout the geographical region.
Article 29 5.
Member States shall keep records of emergency response equipment and services in accordance with Annex VIII, point 1. Those records shall be available to the other potentially affected Member States and the Commission and, on a reciprocal basis, to neighbouring third countries.
Article 29 6.
Member States shall ensure that operators and owners regularly test their preparedness to respond effectively to major accidents in close cooperation with the relevant authorities of the Member States.
Article 29 7.
Member States shall ensure that competent authorities or, where appropriate, contact points develop cooperation scenarios for emergencies. Such scenarios shall be regularly assessed and updated as necessary.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.