+Artikolu 5 Inventarju ta’ materjali perikolużi
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
|
Artikolu 5 Inventarju ta’ materjali perikolużi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Kull bastiment ġdid għandu jkollu abbord inventarju ta’ materjali perikolużi, li għandhom jidentifikaw għall-inqas il-materjali perikolużi msemmija fl-Anness II u li jkunu jinsabu fl-istruttura jew tagħmir tal-bastiment, il-post u approssimattivament il-kwantitajiet.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Soġġett għall-punt (b) tal-Artikolu 32(2), il-bastimenti eżistenti għandhom jikkonformaw, sa fejn hu prattikabbli, mal-paragrafu 1. Fil-każ tal-bastimenti li jkunu sejrin għar-riċiklaġġ, dawn għandhom ikunu konformi, sa fejn hu prattikabbli, mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (“il-Lista Ewropea”) kif stipulat fl-Artikolu 16(2). Soġġett għall-punt (b) tal-Artikolu 32(2)„ meta l-inventarju ta’ materjali perikolużi ikun żviluppat, dan għandu jidentifika, mill-inqas, il-materjali perikolużi elenkati fl-Anness I.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-inventarju tal-materjali perikolużi għandu:
(a)
ikun speċifiku għal kull bastiment;
(b)
jipprovdi evidenza li l-bastiment jikkonforma mal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni fuq l-installazzjoni jew l-użu ta’ materjali perikolużi skont l-Artikolu 4;
(c)
jiġi kkumpilat filwaqt li jqis il-linji gwida rilevanti tal-OMI;
(d)
jiġi vverifikat mill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Minbarra l-paragrafu 3, għandu jitħejja pjan għall-bastimenti eżistenti li jiddeskrivi l-verifika viżwali jew b’kampjun li permezz tiegħu jiġi żviluppat l-inventarju tal-materjali perikolużi u li jieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI.
|
|
Artikolu 5 5.
|
L-inventarju tal-materjali perikolużi għandu jikkonsisti fi tliet partijiet:
(a)
lista ta’ materjali perikolużi elenkati fl-Annessi I u II, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u li jkunu jinsabu fl-istruttura jew it-tagħmir tal-bastiment, b’indikazzjoni tal-lokalità u l-kwantitajiet approssimattivi tagħhom (Parti I);
(b)
lista tal-iskart iġġenerat mill-operat preżenti abbord il-bastiment (Parti II);
(c)
lista ta’ mħażen abbord il-bastiment (Parti III).
|
|
Artikolu 5 6.
|
Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi għandha tkun miżmuma u aġġornata kif xieraq matul il-ħajja operattiva tal-bastiment, għandha tirrifletti l-installazzjonijiet ġodda li jkun fihom materjali perikolużi elenkati fl-Anness II u tibdiliet rilevanti fl-istruttura u t-tagħmir tal-bastiment.
|
|
Artikolu 5 7.
|
Qabel ir-riċiklaġġ, u b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI, l-inventarju ta’ materjali perikolużi għandu, apparti l-Parti I miżmuma u aġġornata kif xieraq, jinkorpora l-Parti II dwar skart iġġenerat mill-operat u l-Parti III dwar l-imħażen, u għandu jkun ivverifikat mill-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha.
|
|
Artikolu 5 8.
|
Il-Kummissjoni għandu jingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 dwar l-aġġornament tal-lista ta’ oġġetti għall-inventarju tal-materjali perikolużi fl-Annessi I u II biex tiżgura li l-listi jinkludu għall-inqas is-sustanzi elenkati fl-Appendiċi I u II tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta’ kull sustanza li tkun ser tiżdied jew titneħħa mill-Annessi I jew II.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|