+Artikolu 9 Ħruġ u approvazzjoni ta’ ċertifikati
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.
|
Artikolu 9 Ħruġ u approvazzjoni ta’ ċertifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Wara t-tlestija b’suċċess ta’ kontroll inizjali jew kontroll ta’ tiġdid, l-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta jew awtorizzata minnha għandha toħroġ ċertifikat ta’ inventorju. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun issupplimentat bil-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi, imsemmi fl-Artikolu 5(5)(a). Meta il-kontroll inizjali u l-kontroll finali jitwettqu fl-istess żmien kif previst fl-Artikolu 8(8), għandu jinħareġ biss iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ imsemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi il-format taċ-ċertifikat ta’ inventorju biex tiżgura li huwa konsistenti mal-Appendiċi 3 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Ċertifikat ta’ inventorju għandu jiġi approvat fuq talba tas-sid tal-bastimentmill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha wara t-tlestija b’suċċess ta’ kontroll addizzjonali mwettaq f’konformità mal-Artikolu 8(6).
|
|
Artikolu 9 3.
|
Soġġett għall-paragrafu 4, l-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha għandha toħroġ jew tapprova, kif xieraq, ċertifikat tal-inventarju, meta l-kontroll ta’ tiġdid jitlesta b’suċċess:
(a)
fil-perjodu ta’ tliet xhur qabel id-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-inventarju eżistenti, u ċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkun validu mid-data tat-tlestija ta l-kontroll ta’ tiġdid sa data li ma taqbiżx il-ħames snin mid-data ta’ skadenza ta’ dak eżistenti;
(b)
wara d-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-inventarju eżistenti, u ċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkun validu mid-data tat-tlestija ta l-kontroll ta’ tiġdid sa data li ma taqbiżx il-ħames snin mid-data ta’ skadenza ta’ dak eżistenti;
(c)
aktar minn tliet xhur qabel id-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-inventarju eżistenti, u ċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkun validu mid-data tat-tlestija ta l-kontroll ta’ tiġdid sa data li ma taqbiżx il-ħames snin mid-data ta’ tlestija tal-kontroll ta’ tiġdid.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Meta l-kontroll ta’ tiġdid ikun tlesta b’suċċess, u ċertifikat tal-inventarju ġdid ma jistax jinħareġ jew jittella’ abbord, qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti, l-amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha għandha tapprova ċ-ċertifikat eżistenti u tali ċertifikat għandu jiġi aċċettat bħala validu għal perijodu ulterjuri li ma għandux jiżboq il-ħames xhur mid-data ta’ skadenza.
|
|
Artikolu 9 5.
|
F’każ ta’ ċertifikat ta’ inventorju maħruġ għal perijodu ta’ inqas minn ħames snin, l-amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha tista’ testendi l-validità taċ-ċertifikat eżistenti għal perjodu ulterjuri li ma għandux jiżboq il-ħames snin.
|
|
Artikolu 9 6.
|
F’ċirkostanzi speċjali kif iddeterminat mill-amministrazzjoni, mhux meħtieġ li ċertifikat tal-inventarju ġdid kun datat mid-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti kif mitlub mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 u l-paragrafi 7 u 8. F’dawk iċ-ċirkustanzi, iċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkun ivvalidat għal perjodu li ma jiżboqx il-ħames snin mid-data ta’ tlestija tal-kontroll ta’ tiġdid.
|
|
Artikolu 9 7.
|
Meta bastiment ma jkunx fil-port jew fl-ankraġġ fejn ikun ser isirlu l-kontroll meta jiskadi ċ-ċertifikat tal-inventarju, l-amministrazzjoni tista’, jekk ikun xieraq li tagħmel hekk, testendi l-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat tal-inventarju għal perijodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur biex tippermetti lill-bastiment ilesti l-vjaġġ tiegħu sal-port fejn ikun ser isirlu l-kontroll. Kwalunkwe tali estensjoni mogħtija għandha tkun b’kundizzjoni li l-kontroll jitlesta fil-port qabel jitlaq il-bastiment. Bastiment li jkun ingħata estensjoni ma għandux, mad-dħul tiegħu fil-port li jkun ser isirlu l-kontroll, ikun intitolat, bis-saħħa tal-imsemmija estensjoni, li jitlaq mill-port mingħajr ċertifikat ġdid. Meta l-kontroll ta’ tiġdid jitlesta, iċ-ċertifikat tal-inventarju ġdid għandu jkun validu għal perjodu li ma jiżboqx il-ħames snin mid-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti qabel ma tkun ingħatat l-estensjoni.
|
|
Artikolu 9 8.
|
Ċertifikat ta’ inventorju għal bastiment involut fi vjaġġi qosra u li ma jkunx ġie estiż taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 jista’ jiġi estiż mill-amministrazzjoni għal perijodu ta’ konċessjoni ta’ mhux aktar minn xahar mill-iskadenza tiegħu. Meta l-kontroll ta’ tiġdid jitlesta, iċ-ċertifikat tal-inventarju ġdid għandu jkun validu għal perijodu li ma jaqbiżx il-ħames snin mid-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat eżistenti qabel ma tkun ingħatat l-estensjoni.
|
|
Artikolu 9 9.
|
Wara t-tlestija b’suċċess tal-kontroll finali, f’konformità mal-Artikolu 8(7), l-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta jew awtorizzata minnha għandha toħroġ ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun issupplimentat b’inventarju tal-materjali perikolużi u l-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi il-format taċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ biex tiżgura li hija konsistenti mal-Appendiċi 4 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament. Ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ wara kontroll finali skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu preċedenti għandu jkun aċċettat mill-Istati Membri l-oħra u għandu jitqies għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament bħala li għandu l-istess validità ta’ ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ minhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|