+Artikolu 10 Durata u validità ta’ ċertifikati
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
|
Artikolu 10 Durata u validità ta’ ċertifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Soġġett għall-Artikolu 9, ċertifikat ta’ inventarju għandu jinħareġ għal perijodu speċifikat mill-amministrazzjoni, li ma għandux jaqbeż il-ħames snin.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Ċertifikat ta’ inventarju maħruġ jew approvat skont l-Artikolu 9 ma għandux jibqa’ validu fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)
jekk l-kundizzjoni tal-bastiment ma tikkorrispondix b’mod sostanzjali mad-dettalji ta’ dak iċ-ċertifikat tal-inventarju, inkluż meta l-Parti I tal-inventarju ta’ materjali perikolużi ma tkunx inżammet u ġiet aġġornata kif xieraq, biex tirrifletti l-bidliet fl-istruttura u t-tagħmir tal-bastiment, b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI;
(b)
meta l-kontroll ta’ tiġdid ma jitlestiex fl-intervalli speċifikati fl-Artikolu 8(5).
|
|
Artikolu 10 3.
|
Ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ għandu jinħareġ mill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha għal perijodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ skont l-Artikolu 9(9) ma għandux jibqa’ validu jekk il-kundizzjoni tal-bastiment ma tikkorrespondix sostanzjalment mad-dettalji taċ-ċertifikat tal-inventarju.
|
|
Artikolu 10 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 2a, iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ jista’ jiġi estiż mill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha għal vjeġġ uniku minn punt sa punt lejn il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|