+Artikolu 15 Faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.

Artikolu 15 Faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li tkun sid ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f’pajjiż terz u li għandha l-intenzjoni li tirriċikla bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandha tippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-inklużjoni ta’ dik il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti fil-Lista Ewropea.
Artikolu 15 2.
L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kkonċernata hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 sabiex twettaq riċiklaġġ tal-bastimenti u biex tkun inkluża fil-Lista Ewropea skont l-Artikolu 16.

B’mod partikolari, il-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha:

(a) 

tidentifika l-permess, il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tagħha biex twettaq riċiklaġġ ta’ bastimenti u, fejn rilevanti, il-permess, liċenzja jew awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti lill-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha tagħha direttament involuti fil-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti u tispeċifika l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 16(2);

(b) 

tindika jekk il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment hux ser ikun approvat mill-awtorità kompetenti permezz ta’ proċedura taċita jew espliċita, u tispeċifika l-perijodu ta’ rieżami marbut mal-approvazzjoni taċita, f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali, fejn applikabbli;

(c) 

tikkonferma li hija taċċetta biss bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(d) 

tipprovdi evidenza li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija kapaċi tistabbilixxi, żżomm u tissorvelja l-kriterji ta’ sikur għal xogħol f’temperatura għolja u sikur għad-dħul, matul il-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti;

(e) 

tehmeż mappa tal-konfini tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u l-imkien tal-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti fiha;

(f) 

għal kull materjal perikoluż imsemmi fl-Anness I u l-materjal perikoluż addizzjonali li jista’ jkun parti mill-istruttura ta’ bastiment, tispeċifika:

(i) 

jekk il-faċilità hijiex awtorizzata twettaq it-tneħħija tal-materjal perikoluż. Fejn tkun hekk awtorizzatakaż, il-persunal rilevanti awtorizzat biex iwettaq it-tneħħija għandu jkun identifikat u għandha tingħata l-evidenza tal-kompetenza tiegħu;

(ii) 

liema proċess għall-immaniġġjar tal-iskart ser ikun applikat fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew barra minnha bħal inċinerazzjoni, rimi f’miżbliet jew metodu ieħor tat-trattament tal-iskart, l-isem u l-indirizz tal-faċilità tat-trattament tal-iskart jekk ikunu differenti minn dawk tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, u tipprovdi evidenza li l-proċess applikat ser jitwettaq mingħajr ma jpoġġi f’riskju s-saħħa tal-bniedem u b’mod li jħares l-ambjent;

(g) 

tikkonferma li l-kumpannija adottat il-pjan għal faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI;

(h) 

tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tidentifika l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti.

Artikolu 15 3.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadottaatti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-format tal-informazzjoni rikjesti biex tidentifika faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastiemnti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25.
Artikolu 15 4.
Sabiex ikunu inklużi fil-Lista Ewropea, il-konformità tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 13 għandha tiġi ċċertifika wara spezzjoni fuq is-sit minn verifikatur indipendenti bil-kwalifiki xierqa. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-kumpannija għar-riċiklaġġ tal-bastimenti meta tkun qed tapplika għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea u, kull ħames snin, wara t-tiġdid tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea. L-inklużjoni inizjali fuq il-lista u t-tiġdid tagħha għandu jiġi ssuplementat minn rieażami ta’ nofs it-terminu biex tiġi konfermata l-konformità mar-rekwiżiti kif jinsabu fl-Artikolu 13.

Billi ssir applikazzjoni għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea, il-kumpanniji tar-riċiklaġġ tal-bastimenti jaċċettaw il-possibbiltà li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kkonċernata tkun suġġetta għal spezzjonijiet fuq is-sit mill-Kummissjoni jew aġenti li jaġixxu f’isimha qabel jew wara l-inklużjoni tagħhom fil-Lista Ewropea sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 13. Il-verifikatur indipendenti, il-Kummissjoni jew l-aġenti li qed jaġixxu f’isimha għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz fejn il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tkun tinsab sabiex iwettqu dawk l-ispezzjonijiet fuq is-sit.

Il-Kummissjoni tista’ toħroġ noti ta’ gwida teknika sabiex tiffaċilita din iċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 15 5.
Għall-finijiet tal-Artikolu 13, fir-rigward tal-operazzjoni ta’ rkupru jew rimi tal-iskart ikkonċernat, jista’ jiġi assunt li hemm ġestjoni li tħares l-ambjent biss kemm-il darba l-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti tista’ turi li l-faċilità tal-ġestjoni tal-iskart li tirċievi l-iskart ser topera skont l-istandards ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li huma ġeneralment ekwivalenti għall-istandards rilevanti internazzjonali u tal-Unjoni.
Artikolu 15 6.

Il-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha tipprovdi evidenza aġġornata mingħajr dewmien f’każ ta’ kwalunkwe bidliet għall-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni u għandha, fi kwalunkwe każ, tliet xhur qabel l-iskadenza ta’ kull perijodu ta’ ħames snin ta’ inklużjoni fil-Lista Ewropea tiddikjara li:

(a) 

l-evidenza li pprovdiet hija kompluta u aġġornata;

(b) 

il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għadha u ser tibqa’ konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.