+Artikolu 15 2.

Artikolu 15 2.

L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kkonċernata hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 sabiex twettaq riċiklaġġ tal-bastimenti u biex tkun inkluża fil-Lista Ewropea skont l-Artikolu 16.

B’mod partikolari, il-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha:

(a) 

tidentifika l-permess, il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tagħha biex twettaq riċiklaġġ ta’ bastimenti u, fejn rilevanti, il-permess, liċenzja jew awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti lill-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha tagħha direttament involuti fil-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti u tispeċifika l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 16(2);

(b) 

tindika jekk il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment hux ser ikun approvat mill-awtorità kompetenti permezz ta’ proċedura taċita jew espliċita, u tispeċifika l-perijodu ta’ rieżami marbut mal-approvazzjoni taċita, f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali, fejn applikabbli;

(c) 

tikkonferma li hija taċċetta biss bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(d) 

tipprovdi evidenza li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija kapaċi tistabbilixxi, żżomm u tissorvelja l-kriterji ta’ sikur għal xogħol f’temperatura għolja u sikur għad-dħul, matul il-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti;

(e) 

tehmeż mappa tal-konfini tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u l-imkien tal-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti fiha;

(f) 

għal kull materjal perikoluż imsemmi fl-Anness I u l-materjal perikoluż addizzjonali li jista’ jkun parti mill-istruttura ta’ bastiment, tispeċifika:

(i) 

jekk il-faċilità hijiex awtorizzata twettaq it-tneħħija tal-materjal perikoluż. Fejn tkun hekk awtorizzatakaż, il-persunal rilevanti awtorizzat biex iwettaq it-tneħħija għandu jkun identifikat u għandha tingħata l-evidenza tal-kompetenza tiegħu;

(ii) 

liema proċess għall-immaniġġjar tal-iskart ser ikun applikat fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew barra minnha bħal inċinerazzjoni, rimi f’miżbliet jew metodu ieħor tat-trattament tal-iskart, l-isem u l-indirizz tal-faċilità tat-trattament tal-iskart jekk ikunu differenti minn dawk tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, u tipprovdi evidenza li l-proċess applikat ser jitwettaq mingħajr ma jpoġġi f’riskju s-saħħa tal-bniedem u b’mod li jħares l-ambjent;

(g) 

tikkonferma li l-kumpannija adottat il-pjan għal faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI;

(h) 

tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tidentifika l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.