+Artikolu 23 Talba għal azzjoni
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
|
Artikolu 23 Talba għal azzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Persuni naturali jew legali affettwati jew li probabbilment jiġu affettwati minn ksur tal-Artikolu 13 flimkien mal-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, jew li għandhom interess suffiċjenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward l-ambjent dwar il-ksur tal-Artikolu 13 flimkien mal-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(1)(b) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati biex jitolbu lill-Kummissjoni tieħu azzjoni skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ ksur jew theddida imminenti ta’ dan it-tip ta’ ksur. L-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) għandu jkun meqjus suffiċjenti għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 23 2.
|
It-talba għal azzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-data rilevanti li jsostnu dik it-t-talba.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Meta t-talba għal azzjoni u l-informazzjoni u d-data li jakkumpanjawha juru b’mod plawsibbli li kien hemm ksur tal-Artikolu 13 flimkien mal-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(1)(b), jew li hemm theddida imminenti ta’ tali ksur, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe tali talba għal azzjoni u informazzjoni u data. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-kumpannija tar-riċiklaġġ ta’ bastimenti kkonċernata l-opportunità li tagħmel l-opinjonijiet tagħha magħrufa fir-rigward tat-talba għal azzjoni u l-informazzjoni u d-data li jakkumpanjawha.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, tinforma lill-persuni li ressqu talba skont il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni tagħha li taċċetta jew tirrifjuta t-talba għal azzjoni u għandha tipprovdi r-raġunijiet għaliha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|