+ANNESS I

ANNESS I




ANNESS I

KONTROLL TA’ MATERJALI PERIKOLUŻI



Materjal Perikoluż

Definizzjonijiet

Miżuri ta’ kontroll

Asbestos

Materjali li fihom l-asbestos

Għall-bastimenti kollha, installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos għandha tkun ipprojbita.

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

Sustanzi kkontrollati definiti fl-Artikolu 1(4) tal-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, 1987, elenkati fl-Annessi A, B, C jew E għal dak il-Protokoll fis-seħħ imsemmi fiż-żmien tal-applikazzjoni jew interpretazzjoni ta’ dan l-Anness.

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jistgħu jinstabu abbord bastiment, iżda mhumiex limitati għal:

Alon 1211 Bromoklorodifluworometan

Alon 1301 Bromotrifluworometan

Alon 2402 1,2-Dibromo-1,1,2,2-tetrafluworoetani (magħruf ukoll bħala Alon 114B2)

CFC-11 Triklorofluworometan

CFC-12 Diklorodifluworometan

CFC-113 1,1,2-Trikloro-1,2,2-trifluworoetan

CFC-114 1,2-Dikloro-1,1,2,2-tetrafluworoetan

CFC-115 Kloropentafluworoetan

HCFC-22

Klorofluworometan

Installazzjonijiet ġodda li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom ikunu pprojbiti fuq il-bastimenti kollha.

Poliklorobifenil (PCB)

“Poliklorobifenil” ifisser komposti aromatiċi ffurmati b’mod li l-atomi tal-idroġenu fuq il-molekula tal-bifenil (żewġ ċrieki benżen magħquda flimkien minn rabta tal-karbonju-karbonju) jistgħu jinbidlu minn sa għaxar atomi tal-klorin

Għall-bastimenti kollha, installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom il-Poliklorobifenil għandha tkun projbita.

Aċidu sulfoniku tal-perfluworooktan(PFOS) (1)

“Aċidu sulfoniku tal-perluworooktan” (PFOS) ifisser aċidu sulfoniku tal-perluworooktan u d-derivati tiegħu

Installazzjonijiet ġodda li fihom l-aċidu sulfoniku tal-perluworooktan (PFOS) u d-derivati tiegħu għandhom ikunu projbiti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Komposti anti-fouling u sistemi

Komposti anti-fouling u sistemi rregolati skont l-Anness I għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll ta’ Sistemi Anti-fouling Perikolużi fuq Bastimenti, 2001 (il-Konvenzjoni AFS) fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan l-Anness.

1.  L-ebda bastiment ma jista’ japplika sistemi anti-fouling li fihom komposti ta’ organotin bħala bijoċidu jew kwalunkwe sistema anti-fouling oħra li l-applikazzjoni jew l-użu tagħhom huwa pprojbit mill-Konvenzjoni AFS.

2.  L-ebda bastiment ġdid jew installazzjonijiet ġodda fuq bastimenti m’għandhom japplikaw jew jużaw komposti anti-fouling jew sistemi b’mod inkonsistenti mal-Konvenzjoni AFS.

(1)   

Mhux applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz.

(2)   

Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.