|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi skont il-paragrafu 4 lill-aġenti li jirrapportaw imsemmija fil-paragrafu 2 fejn tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
il-valur totali, kif ikkontribwit mill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ ħlas li jistgħu jibbenefikaw minn dik id-deroga, ta’ kull wieħed mis-servizzi ta’ ħlas li ġejjin ma jaqbiżx 5 % fil-livell nazzjonali:
(i)
trasferimenti ta’ kreditu (mibgħuta),
(ii)
debiti diretti (mibgħuta),
(iii)
tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard (mibgħuta u riċevuti),
(iv)
ġbid ta’ flus kontanti bl-użu ta’ strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard,
(v)
tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi (mibgħuta),
(vi)
ċekkijiet (mibgħuta),
(vii)
rimessi ta’ flus (mibgħuta),
(viii)
servizzi ta’ ħlas oħrajn (mibgħuta),
(ix)
servizzi ta’ bidu ta’ ħlas,
(x)
servizzi oħrajn mhux inklużi fid-Direttiva (UE) 2015/2366 (mibgħuta);
(b)
in-numru totali ta’ konsumaturi, kif ikkontribwit mill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ ħlas li jistgħu jibbenefikaw minn dik id-deroga, ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ma jaqbiżx il-5 % fil-livell nazzjonali. Għall-finijiet tal-punt (a) il-valur totali kumulattiv, kif ikkontribwit mill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ ħlas li jistgħu jibbenefikaw minn dik id-deroga, tas-servizzi ta’ ħlas elenkati hemmhekk ma għandux jaqbeż il-5 % fil-livell nazzjonali. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi biss meta l-piż tar-rapportar ikun sproporzjonat fir-rigward tad-daqs ta’ dawk l-aġenti li jirrapportaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|