+Artikolu 4 Derogi
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.

Artikolu 4 Derogi

Derogi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Għall-finijiet tal-għoti ta’ derogi lill-aġenti li jirrapportaw, il-BĊNi għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju tal-proporzjonalità.
Artikolu 4 2.

Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-aġenti li jirrapportaw li ġejjin fir-rigward tar-rekwiżiti tar- rapportar imsemmija fl-Artikolu 3(1) u skont il-paragrafi 3 u 4:

(a) 

istituzzjonijiet ta’ ħlas, meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(b) 

istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/110/KE;

(c) 

fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), meta jissodisfaw kemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbilti fl-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/110/KE.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi irrispettivament minn jekk l-aġenti li jirrapportaw ingħatawx rinunzja jew ġewx eżentati mir-rekwiżiti prudenzjali skont il-liġi nazzjonali rilevanti li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2015/2366 u d-Direttiva 2009/110/KE.

Artikolu 4 3.

Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi skont il-paragrafu 4 lill-aġenti li jirrapportaw imsemmija fil-paragrafu 2 fejn tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-valur totali, kif ikkontribwit mill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ ħlas li jistgħu jibbenefikaw minn dik id-deroga, ta’ kull wieħed mis-servizzi ta’ ħlas li ġejjin ma jaqbiżx 5 % fil-livell nazzjonali:

(i) 

trasferimenti ta’ kreditu (mibgħuta),

(ii) 

debiti diretti (mibgħuta),

(iii) 

tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard (mibgħuta u riċevuti),

(iv) 

ġbid ta’ flus kontanti bl-użu ta’ strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard,

(v) 

tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi (mibgħuta),

(vi) 

ċekkijiet (mibgħuta),

(vii) 

rimessi ta’ flus (mibgħuta),

(viii) 

servizzi ta’ ħlas oħrajn (mibgħuta),

(ix) 

servizzi ta’ bidu ta’ ħlas,

(x) 

servizzi oħrajn mhux inklużi fid-Direttiva (UE) 2015/2366 (mibgħuta);

(b) 

in-numru totali ta’ konsumaturi, kif ikkontribwit mill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ ħlas li jistgħu jibbenefikaw minn dik id-deroga, ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ma jaqbiżx il-5 % fil-livell nazzjonali.

Għall-finijiet tal-punt (a) il-valur totali kumulattiv, kif ikkontribwit mill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ ħlas li jistgħu jibbenefikaw minn dik id-deroga, tas-servizzi ta’ ħlas elenkati hemmhekk ma għandux jaqbeż il-5 % fil-livell nazzjonali.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi biss meta l-piż tar-rapportar ikun sproporzjonat fir-rigward tad-daqs ta’ dawk l-aġenti li jirrapportaw.

Artikolu 4 4.
L-aġenti li jirrapportaw li ngħataw derogi skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku skont it-Tabelli 4b u 5b tal-Anness III.
Artikolu 4 5.
Il-BĊNi għandhom jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 fuq bażi annwali u fi żmien biżżejjed sabiex jagħtu jew jirtiraw kwalunkwe deroga b’effett mill-bidu tat-tieni sena kalendarja suċċessiva fejn meħtieġ. Dik il-verifika għandha tkun ibbażata fuq il-perjodi ta’ rapportar rilevanti għat-12-il xahar li jippreċedu immedjatament il-perjodu ta’ referenza li fih issir il-valutazzjoni.
Artikolu 4 6.
Fejn il-BĊN jagħti deroga skont dan l-Artikolu, huwa għandu jinnotifika lill-BĊE b’dan fl-istess ħin li jirrapporta t-tagħrif skont l-Artikolu 6.
Artikolu 4 7.
Il-BĊE għandu jippubblika l-lista tal-entitajiet li jingħataw derogi mill-BĊNi skont dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1409
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.