|
+Artikolu 43c 6. |
Artikolu 43c 6.Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom it-tagħmir tar-radju jista’ jitqiegħed fis-suq. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-inqas dan li ġej:
(a)
deskrizzjoni tal-proċeduri, li permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva;
(b)
kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tat-tagħmir tar-radju kkonċernat;
(c)
data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;
(d)
kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kkonċernat;
(e)
miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kkonċernat li jkun tqiegħed fis-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|