|
+Artikolu 7 Kwalità u kontenut tar-rapporti dwar l-okkorrenzi ---+Article 7 1. ---+Article 7 2. ---+Article 7 3. ---+Article 7 4. ---+Article 7 5. ---+Article 7 6. ---+Article 7 7. ---+Article 7 8. |
Artikolu 7 Kwalità u kontenut tar-rapporti dwar l-okkorrenziArtikolu 7 Kwalità u kontenut tar-rapporti dwar l-okkorrenzi 1. Ir-rapporti dwar l-okkorrenzi msemmija fl-Artikolu 6 għandu jkollhom minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness I. 2. Ir-rapporti dwar l-okkorrenzi msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 8 tal-Artikolu 6 għandhom jinkludu klassifikazzjoni tar-riskji tas-sikurezza għall-okkorrenza kkonċernata. Dik il-klassifikazzjoni għandha tkun rieżaminata u jekk meħtieġ emendata u għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew l-Aġenzija, f'konformità mal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. 3. L-organizzazzjonijiet,l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jistabbilixxu proċessi għall-kontroll tal-kwalità tad-data biex titjieb il-konsistenza tad-data, speċjalment bejn l-informazzjoni miġbura inizjalment u r-rapport maħżun fil-bażi tad-data. 4. Il-bażijiet tad-data imsemmijin fil-paragrafi 5, 6 u 8 tal-Artikolu 6 għandhom jużaw formati li huma: (a) standardizzati biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni; u (b) kompatibbli mas-software ta' ECCAIRS u t- tassonomija ta' ADREP. 5. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Aġenzija permezz tan-netwerk ta' analisti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, msemmija fl-Artikolu 14(2), għandha tiżviluppa skema Ewropea komuni għall-klassifikazzjoni tar-riskji sabiex tippermetti lill-organizzazzjonijiet, l-Istati Membri u l-Aġenzija biex jikklassifikaw l-okkorrenzi f'termini ta' riskji tas-sikurezza. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa ta' kompatibbiltà mal-iskemi eżistenti għall-klassifikazzjoni tar-riskji. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa dik l-iskema sal-15 ta' Mejju 2017. 6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tiddefinixxi l-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji. 7. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji. Tali atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2). 8. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jappoġġjaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-kompitu tagħhom ta' integrazzjoni tad-data, inkluż pereżempju fi: (a) l-integrazzjoni tal-informazzjoni minima msemmija fil-paragrafu 1, (b) il-klassifikazzjoni tar-riskji tal-okkorrenzi msemmija fil-paragrafu 2, u (c) l-istabbiliment ta' proċessi għall-kontroll tal-kwalità tad-data msemmija fil-paragrafu 3. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jipprovdu dak l-appoġġ b'tali mod li jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-proċess tal-introduzzjoni tad-data tul l-Istati Membri, b'mod partikolari billi jipprovdu lill-ħaddiema li jaħdmu fil-korpi jew l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), (3) u (4): (a) materjal ta' gwida; (b) sessjonijiet ta' ħidma (workshops); u (c) taħriġ adattat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|