+Artikolu 6 Regoli dwar l-istima tal-istorbju
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
|
Artikolu 6 Regoli dwar l-istima tal-istorbju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s-sitwazzjoni tal-istorbju fl-ajruporti li għalihom huma responsabbli tiġi stmata fuq bażi regolari, skont id-Direttiva 2002/49/KE u l-leġiżlazzjoni applikabbli f’kull Stat Membru. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 (7).
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Jekk l-istima msemmija fil-paragrafu 1 tindika li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri operattivi ta’ restrizzjoni ġodda biex tiġi indirizzata problema rigward storbju f’ajruport, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:
|
(a)
|
il-metodu, l-indikaturi u l-informazzjoni fl-Anness I jiġu applikati b’tali mod li jieħdu kont debitu tal-kontribut ta’ kull tip ta’ miżura skont l-Approċċ Bilanċjat, qabel jiġu introdotti r-restrizzjonijiet operattivi;
|
|
(b)
|
fil-livell adatt, tiġi stabbilita kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tal-ajruport, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru biex jiġu eżaminati miżuri għall-mitigazzjoni tal-istorbju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jiżguraw li jiġu kkonsultati r-residenti lokali, jew ir-rappreżentanti tagħhom, u l-awtoritajiet rilevanti lokali, u li tkun ipprovduta lilhom l-informazzjoni teknika dwar il-miżuri għall-mitigazzjoni tal-istorbju;
|
|
(c)
|
il-kosteffeċjenza ta’ kwalunkwe restrizzjoni operattiva ġdida tiġi vvalutata, f’konformità mal-Anness II. Emendi tekniċi minuri għal miżuri mingħajr implikazzjonijiet sostantivi fuq il-kapaċitajiet jew l-operat ma għandhomx jitqiesu bħala restrizzjonijiet operattivi ġodda;
|
|
(d)
|
il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati, li jista’ jieħu s-sura ta’ proċess ta’ medjazzjoni, jiġi organizzat f’waqtu u b’mod sostantiv, filwaqt li jiżguraw il-frankezza u t-trasparenza fir-rigward tad-data u l-metodoloġija ta’ komputazzjoni. Il-partijiet interessati għandu jkollhom mill-inqas tliet xhur qabel l-adozzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi ġodda biex jippreżentaw kummenti. Il-partijiet interessati għandhom mill-inqas jinkludu:
|
(i)
|
residenti lokali, li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti u jkunu affettwati mill-istorbju tat-traffiku tal-ajru, jew ir-rappreżentanti tagħhom, u l-awtoritajiet lokali rilevanti;
|
|
(ii)
|
rappreżentanti tan-negozji lokali bbażati fl-inħawi tal-ajruporti li l-attivitajiet tagħhom huma affettwati mit-traffiku tal-ajru u mill-operat tal-ajruport;
|
|
(iii)
|
operaturi rilevanti tal-ajruport;
|
|
(iv)
|
rappreżentanti ta’ dawk l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jistgħu jkunu affettwati minn azzjonijiet; relatati mal-istorbju;
|
|
(v)
|
fornituri rilevanti ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru;
|
|
(vi)
|
il-Maniġer tan-Netwerk, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (8);
|
|
(vii)
|
fejn applikabbli, il-koordinatur tas-slots allokati.
|
|
|
|
Artikolu 6 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi u jieħdu azzjoni kif meħtieġ. Huma għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli mingħajr ħlas u li tkun faċilment aċċessibbli u fil-pront għar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti u għall-awtoritajiet lokali rilevanti.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. L-informazzjoni rilevanti tista’ tinkludi:
|
(a)
|
filwaqt li tkun rispettata l-liġi nazzjonali, informazzjoni dwar il-ksur allegat minħabba tibdiliet fi proċeduri tat-titjiriet, f’termini tal-impatt tagħhom u r-raġunijiet għaliex twettqu tali bidliet;
|
|
(b)
|
il-kriterji ġenerali applikati fit-tqassim u l-ġestjoni tat-traffiku f’kull ajruport, safejn dawk il-kriterji jista’ jkollhom impatt ambjentali jew impatt fuq l-istorbju; u
|
|
(c)
|
id-data miġbura mis-sistemi ta’ kejl tal-istorbju, jekk disponibbli.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0598
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|