+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “speċi aljena” tfisser kwalunkwe eżemplar ħaj ta' speċi, sottospeċi jew grupp tassonomiku inferjuri ta' annimali, pjanti, fungi jew mikroorġaniżmi introdott barra mid-distribuzzjoni naturali tiegħu; dan jinkludi kwalunkwe parti, gamete, żerriegħa, bajd jew propaguli ta' tali speċi, kif ukoll kwalunkwe speċi ibrida, varjetà jew razza li tista' tgħix u sussegwentement tirriproduċi;

(2) “speċi aljena invażiva” tfisser speċi aljena li l-introduzzjoni jew it-tixrid tagħha rriżulta li jhedded jew li għandu impatt negattiv fuq il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema relatati magħha;

(3) “speċi aljena invażiva li hija sors ta' tħassib għall-Unjoni” tfisser speċi aljena invażiva li l-impatt negattiv tagħha tqies li jeħtieġ azzjoni komuni fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(3);

(4) “speċi aljena invażiva li hija sors ta’ tħassib għall-Istati Membri” tfisser speċi aljena invażiva li ma tkunx waħda li hija sors ta’ tħassib għall-Unjoni, li Stat Membru jikkunsidra, abbażi ta’ evidenza xjentifika, li l-impatt negattiv tar-rilaxx u t-tixrid tagħha, anke fejn mhux aċċertat kompletament, huwa sinifikattiv għat-territorju tiegħu, jew parti minnu, u tkun meħtieġa azzjoni fil-livell ta' dak l-Istat Membru;

(5) “bijodiversità” tfisser il-varjabbiltà fost organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha, inklużi ekosistemi terrestri, marini u akkwatiċi oħrajn u l-kumplessi ekoloġiċi li minnhom jagħmlu parti; dan jinkludi d-diversità fl-ispeċi nnifisha, bejn l-ispeċijiet u tal-ekosistemi;

(6) “servizzi tal-ekosistema” tfisser il-kontributi diretti jew indiretti tal-ekosistemi għall-benessri tal-bniedem;

(7) “introduzzjoni” tfisser il-moviment, bħala konsegwenza tal-intervent tal-bniedem, ta' speċi barra d-distribuzzjoni naturali tagħha;

(8) “riċerka” tfisser ħidma deskrittiva jew sperimentali, li ssir f''kondizzjonijiet regolati sabiex jinkiseb għarfien xjentifiku ġdid jew biex jiġu żviluppati prodotti ġodda, inklużi l-fażijiet inizjali tal-identifikazzjoni, il-karatterizzazzjoni u l-iżolament tal-karatteristiċi ġenetiċi, għajr dawk il-karatteristiċi li jagħmlu speċi invażiva, ta' speċijiet aljeni invażivi biss sa fejn din tkun essenzjali għar-riproduzzjoni ta’ dawk il-karatteristiċi fi speċijiet mhux invażivi;

(9) “faċilità kkonfinata” tfisser iż-żamma ta' organiżmu f'faċilitajiet magħluqa li minnhom mhumiex possibbli l-ħarba jew it-tixrid;

(10) “konservazzjoni ex situ” tfisser il-konservazzjoni ta' komponenti ta' diversità bijoloġika barra l-ħabitat naturali tagħhom;

(11) “direzzjonijiet” tfisser ir-rotot u l-mekkaniżmi tal-introduzzjoni u tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi;

(12) “identifikazzjoni bikrija” tfisser il-konferma tal-preżenza ta' eżemplari ta' speċi aljena invażiva fl-ambjent qabel ma tinxtered b'mod mifrux;

(13) “qerda” tfisser it-tneħħija sħiħa u permanenti ta’ popolazzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi b’mezzi letali jew mhux letali;

(14) “kontroll tal-popolazzjoni” tfisser kwalunkwe azzjoni letali jew mhux letali applikata lil popolazzjoni ta' speċi aljena invażiva, filwaqt li jiġi minimizzat ukoll l-impatt fuq l-ispeċijiet mhux fil-mira u l-ħabitats tagħhom, bl-għan li l-għadd ta' individwi jinżamm baxx kemm jista' jkun, sabiex, filwaqt li ma jkunx possibbli li l-ispeċi tinqered, jiġu mminimizzati l-kapaċità invażiva tagħha u l-impatti negattivi fuq il-bijodiversità, is-servizzi relatati tal-ekosistema, fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ekonomija;

(15) “konteniment” tfisser kwalunkwe azzjoni mmirata biex toħloq ostakli li jimminimizzaw ir-riskju ta' popolazzjoni ta' speċi aljena invażiva li tinfirex u tinxtered lil hinn miż-żona soġġetta għall-invażjoni;

(16) “tixrid b'mod mifrux” tfisser li l-popolazzjoni ta' speċi aljena invażiva tkun marret lil hinn mill-istadju ta' naturalizzazzjoni, li fih il-popolazzjoni ssostni lilha nnifisha b'mod indipendenti, u tkun inxterdet biex tikkolonizza parti kbira mill-ambjent potenzjali fejn tkun tista' tgħix u tirriproduċi;

(17) “ġestjoni” tfisser kwalunkwe azzjoni letali jew mhux letali mmirata lejn il-qerda, il-kontroll ta’ popolazzjoni jew il-konteniment ta’ popolazzjoni ta’ speċi aljena invażiva, waqt li jiġi minimizzat ukoll l-impatt fuq speċijiet mhux fil-mira u fuq il-ħabitats tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.12.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1143
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.