|
+Artikolu 4 Lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. ---+Article 4 3. ---+Article 4 4. ---+Article 4 5. ---+Article 4 6. ---+Article 4 7. |
Artikolu 4 Lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-UnjoniArtikolu 4 Lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni ('il-lista tal-Unjoni'),abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). L-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) sat-2 ta’ Jannar 2016. 2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni komprensiva tal-lista tal-Unjoni għall-inqas kull sitt snin u għandha, sadanittant, taġġornaha, skont il-każ, f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, permezz: (a) taż-żieda ta' speċijiet aljeni invażivi ġodda; (b) tat-tneħħija ta' speċijiet elenkati jekk dawn ma jibqgħux jissodisfaw xi wieħed jew aktar mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3. 3. L-ispeċijiet aljeni invażivi għandhom biss jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni jekk jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin: (a) jinstab, abbażi ta' evidenza xjentifika disponibbli, li huma aljeni għat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea esklużi r-reġjuni ultraperiferiċi; (b) jinstab, abbażi ta' evidenza xjentifika disponibbli, li huma kapaċi jistabbilixxu popolazzjoni vijabbli u jinxterdu fl-ambjent taħt kondizzjonijiet attwali u f'kondizzjonijiet klimatiċi prevedibbli f'reġjun bijoġeografiku wieħed kondiviż minn aktar minn żewġ Stati Membri jew subreġjun tal-baħar wieħed esklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom; (c) jinstab, abbażi ta' evidenza xjentifika, li x'aktarx ikollhom impatti negattivi sinifikanti fuq il-bijodiversità jew is-servizzi tal-ekosistema relatati magħha, u li jistgħu wkoll ikollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ekonomija; (d) jintwera permezz ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa f'konformità mal-Artikolu 5(1) li tkun meħtieġa azzjoni konċertata fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi evitat li dawn jiġu introdotti, li jistabbilixxu ruħhom jew li jinfirxu; (e) x'aktarx li l-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ser tevita, timminimizza jew timmitiga b'mod effettiv l-impatti negattivi tagħhom. 4. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talbiet lill-Kummissjoni għall-inklużjoni ta' speċijiet aljeni invażivi fil-lista tal-Unjoni. Dawk it-talbiet għandhom jinkludu dawn kollha li ġejja: (a) l-isem tal-ispeċijiet; (b) valutazzjoni tar-riskju mwettqa f'konformità mal-Artikolu 5(1); (c) evidenza li jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. 5. Il-lista tal-Unjoni għandha tirriferi, fejn rilevanti, għall-oġġetti li magħhom jiġu assoċjati ġeneralment l-ispeċijiet aljeni invażivi u l-kodiċijiet ta' Nomenklatura Magħquda tagħhom kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 2 ), filwaqt li tindika l-kategoriji ta' oġġetti li għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament. 6. Fl-adozzjoni jew l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 filwaqt li tiġi kkunsidrata b'mod dovut l-ispiża għall-Istati Membri relatata mal-implimentazzjoni, l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni, il-kosteffettività u l-aspetti soċjoekonomiċi. Il-lista tal-Unjoni għandha tinkludi bħala prijorità dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi li: (a) għadhom mhumiex preżenti fl-Unjoni jew għadhom fi stadju bikri ta' invażjoni u x'aktarx li jkollhom impatt negattiv sinifikanti; (b) diġà huma stabbiliti fl-Unjoni u għandhom l-aktar impatti negattivi sinifikanti. 7. Meta tipproponi l-lista tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika wkoll li l-objettivi ta' dan ir-Regolament jintlaħqu aħjar b'miżuri fil-livell tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|