|
+Artikolu 6 Dispożizzjonijiet għar-reġjuni ultraperiferiċi ---+Article 6 1. ---+Article 6 2. ---+Article 6 3. ---+Article 6 4. |
Artikolu 6 Dispożizzjonijiet għar-reġjuni ultraperiferiċiArtikolu 6 Dispożizzjonijiet għar-reġjuni ultraperiferiċi 1. L-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni m'għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikolu 7 jew għall-Artikoli 13 sa 20 fir-reġjuni ultraperiferiċi. 2. Sat-2 ta’ Jannar 2017, kull Stat Membru b'reġjuni ultraperiferiċi għandu jadotta, għal kull wieħed minn dawk ir-reġjuni, lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib, f'konsultazzjoni ma' dawk ir-reġjuni. 3. Fir-rigward tal-ispeċijiet aljeni invażivi inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, fir-reġjuni ultraperiferiċi rispettivi, japplikaw il-miżuri kif previsti fl-Artikoli 7 sa 9, 13 sa 17, 19 u 20, skont il-każ. Dawk il-miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattat u jiġu notifikati lill-Kummissjoni f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra dwar il-listi msemmija fil-paragrafu 2 u dwar kwalunkwe aġġornament ta' dawk il-listi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|