|
+Artikolu 18 Derogi mill-obbligu tal-qerda rapida ---+Article 18 1. ---+Article 18 2. ---+Article 18 3. ---+Article 18 4. ---+Article 18 5. ---+Article 18 6. |
Artikolu 18 Derogi mill-obbligu tal-qerda rapidaArtikolu 18 Derogi mill-obbligu tal-qerda rapida 1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' evidenza xjentifika robusta, fi żmien xahrejn mill-identifikazzjoni ta' speċi aljena invażiva msemmija fl-Artikolu 16, li ma japplikawx miżuri ta' qerda jekk tkun sodisfatta mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) jintwera li l-qerda mhijiex teknikament fattibbli għaliex il-metodi tal-qerda disponibbli ma jistgħux jiġu applikati fl-ambjent fejn hija stabbilita l-ispeċi; (b) l-analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji turi b'ċertu livell ta' ċertezza li, abbażi tad-data disponibbli, l-ispejjeż se jkunu, għal żmien fit-tul, eċċezzjonalment għoljin u sproporzjonati mal-benefiċċji tal-qerda; (c) il-metodi tal-qerda mhumiex disponibbli jew huma disponibbli iżda jkollhom impatti negattivi serji ħafna fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent jew speċijiet oħra. F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tkun akkumpanjata bl-evidenza kollha msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu. 2. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tiċħad id-deċiżjoni nnotifikata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fih ma jkunux sodisfatti. 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). L-abbozz tal-atti ta' implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tan-notifika mill-Istat Membru. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri ta' konteniment biex jiġi evitat aktar tixrid tal-ispeċi aljena invażiva lejn Stati Membri oħra meta, abbażi tal-paragrafu 1, ma jiġux applikati miżuri ta' qerda. 5. Fejn il-Kummissjoni tiċħad deċiżjoni nnotifikata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu japplika l-miżuri ta' qerda msemmija fl-Artikolu 17 mingħajr dewmien. 6. Fejn il-Kummissjoni ma tiċħadx deċiżjoni nnotifikata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-ispeċi aljena invażiva għandha tkun soġġetta għall-miżuri ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 19. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|