+KAPITOLU III IDENTIFIKAZZJONI BIKRIJA U QERDA RAPIDA
---+Artikolu 14 Sistema ta' sorveljanza
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
---+Artikolu 15 Kontrolli uffiċjali
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
------+Article 15 4.
------+Article 15 5.
------+Article 15 6.
------+Article 15 7.
------+Article 15 8.
------+Article 15 9.
---+Artikolu 16 Notifiki tal-identifikazzjoni bikrija
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
---+Artikolu 17 Qerda rapida fi stadju bikri tal-invażjoni
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
------+Article 17 4.
---+Artikolu 18 Derogi mill-obbligu tal-qerda rapida
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
------+Article 18 3.
------+Article 18 4.
------+Article 18 5.
------+Article 18 6.

KAPITOLU III IDENTIFIKAZZJONI BIKRIJA U QERDA RAPIDA

KAPITOLU III IDENTIFIKAZZJONI BIKRIJA U QERDA RAPIDA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 Sistema ta' sorveljanza

Artikolu 14

Sistema ta' sorveljanza

1.  Fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' sorveljanza tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni, jew jinkluduha fis-sistema eżistenti tagħhom, li tiġbor u tirreġistra data dwar l-okkorrenza fl-ambjent ta' speċijiet aljeni invażivi permezz ta' servej, monitoraġġ jew proċeduri oħra biex jimpedixxu t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi lejn l-Unjoni jew fl-Unjoni.

2.  Is-sistema ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha:

(a) tkopri t-territorju, inklużi l-ibħra territorjali, tal-Istati Membri biex tistabbilixxi l-preżenza u d-distribuzzjoni ta' speċijiet aljeni invażivi ġodda jew li diġà stabbilixxew lilhom infushom, li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni;

(b) tkun dinamika biżżejjed biex tidentifika malajr il-wasla fl-ambjent tat-territorju jew parti mit-territorju ta' Stat Membru ta' kwalunkwe speċi aljena invażiva li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni, u li l-preżenza tagħha ma kinitx magħrufa qabel;

(c) tiżviluppa fuq il-bażi ta', tkun kompatibbli ma', u tevita d-duplikazzjoni ta' dispożizzjonijiet rilevanti għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew skont ftehimiet internazzjonali u tuża l-informazzjoni pprovduta mis-sistemi eżistenti ta' sorveljanza u monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/56/KE;

(d) tieħu kont tal-impatt u l-karatteristiċi transkonfinali rilevanti, safejn ikun possibbli.

Artikolu 15 Kontrolli uffiċjali

Artikolu 15

Kontrolli uffiċjali

1.  Sat-2 ta’ Jannar 2016, l-Istati Membri għandu jkollhom strutturi stabbiliti li jwettqu l-kontrolli uffiċjali meħtieġa għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni intenzjonata fl-Unjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi ta’ rilevanza għall-Unjoni. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom japplikaw għall-kategoriji tal-oġġetti taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda msemmijin fil-lista tal-Unjoni, abbażi tal-Artikolu 4(5).

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jwettqu kontrolli adatti abbażi tar-riskju fuq l-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jivverifikaw li:

(a) mhumiex fuq il-lista tal-Unjoni; jew

(b) huma koperti minn permess validu kif imsemmi fl-Artikolu 8.

3.  Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li jikkonsistu minn verifiki dokumentarji, tal-identità u, fejn ikun meħtieġ, kontrolli fiżiċi, għandhom isiru meta jiddaħħlu fl-Unjoni oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Fejn il-liġi tal-Unjoni dwar kontrolli uffiċjali tipprevedi diġà kontrolli uffiċjali speċifiċi fl-entitajiet tal-fruntiera f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE jew f'punti ta' dħul f'konformità mad-Direttiva 2000/29/KE, għall-kategoriji tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jgħaddu r-responsabbiltà tat-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti inkarigati minn dawk il-kontrolli f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jew mal-punt (g) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE.

4.  Il-ġestjoni f'żoni liberi jew imħażen liberi u t-tqegħid tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 taħt il-proċeduri doganali għar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera, transitu, ħżin doganali, proċessar attiv, proċessar taħt kontroll doganali u ammissjoni temporanja għandhom ikunu soġġetti għad-dikjarazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' dan li ġej:

(a) id-dokument tad-dħul rilevanti komplut kif dovut mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 li jiċċertifika li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu huma sodisfatti, f'każijiet fejn il-kontrolli jkunu saru fl-entitajiet tal-fruntiera f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE jew f'punti ta' dħul f'konformità mal-punt (j) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE. Il-proċedura doganali indikata hemmhekk għandha tkun segwita; jew

(b) fejn oġġetti ma jkunux soġġetti għal kontrolli uffiċjali skont il-liġi tal-Unjoni, evidenza dokumentarja oħra li l-kontrolli saru b'riżultati sodisfaċenti u d-dokument tad-dħul sussegwenti.

Dawk id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll elettronikament.

5.  Jekk il-kontrolli jistabbilixxu nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament:

(a) l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu t-tqegħid taħt proċedura doganali jew iżommu l-oġġetti;

(b) l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom iżommu l-oġġetti.

Fejn l-oġġetti jinżammu, dawn għandhom jiġu fdati lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dik l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw funzjonijiet speċifiċi lil awtoritajiet oħra.

6.  L-ispejjeż imġarrba waqt li ssir il-verifika u dawk li jirriżultaw minn kwalunkwe nuqqas ta' konformità għandhom jitħallsu mill-persuna fiżika jew ġuridika fl-Unjoni li ġabet l-oġġetti fl-Unjoni, ħlief jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddetermina mod ieħor.

7.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni effiċjenti u effettivi bejn l-awtoritajiet kollha involuti għall-verifiki msemmija fil-paragrafu 2.

8.  Abbażi tal-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri kollha, għandha tiżviluppa linji gwida u programmi ta' taħriġ biex tiffaċilita l-identifikazzjoni u s-sejbien ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni u t-twettiq ta' kontrolli effiċjenti u effettivi.

9.  Fejn ikunu nħarġu permessi f'konformità mal-Artikolu 8, fid-dikjarazzjoni doganali jew fin-notifiki rilevanti lill-entità tal-fruntiera għandha ssir referenza għal permess validu li jkopri l-oġġetti ddikjarati.

Artikolu 16 Notifiki tal-identifikazzjoni bikrija

Artikolu 16

Notifiki tal-identifikazzjoni bikrija

1.  L-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema ta' sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 14 u l-informazzjoni miġbura fil-kontrolli uffiċjali previsti fl-Artikolu 15 biex jikkonfermaw l-identifikazzjoni bikrija tal-introduzzjoni jew tal-preżenza ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw bil-miktub lill-Kummissjoni bl-identifikazzjoni bikrija tal-introduzzjoni jew tal-preżenza ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni u jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra, b'mod partikolari:

(a) bil-feġġ fit-territorju jew f'parti mit-territorju tagħhom ta' kwalunkwe speċi inkluża fil-lista tal-Unjoni li l-preżenza tagħha fit-territorju jew f'parti mit-territorju tagħhom ma kinitx magħrufa qabel;

(b) bil-feġġ mill-ġdid fit-territorju jew f'parti mit-territorju tagħhom ta' kwalunkwe speċi inkluża fil-lista tal-Unjoni wara li tkun ġiet irrappurtata li nqerdet.

Artikolu 17 Qerda rapida fi stadju bikri tal-invażjoni

Artikolu 17

Qerda rapida fi stadju bikri tal-invażjoni

1.  Wara l-identifikazzjoni bikrija u fi żmien tliet xhur mit-trażmissjoni tan-notifika ta' identifikazzjoni bikrija msemmija fl-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom japplikaw miżuri ta' qerda u jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra dwar dawn il-miżuri.

2.  Meta japplikaw il-miżuri ta’ qerda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi użati huma effettivi biex jiksbu t-tneħħija sħiħa u permanenti tal-popolazzjoni tal-ispeċi aljena invażiva kkonċernata, u li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lis-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, speċjalment speċijiet mhux fil-mira u l-ħabitats tagħhom, u jiżgura li l-annimali jinħelsu minn kwalunkwe uġigħ, tensjoni jew tbatija li jistgħu jiġu evitati.

3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-effettività tal-qerda. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistema ta' sorveljanza prevista fl-Artikolu 14. Il-monitoraġġ għandu jivvaluta wkoll l-impatt fuq l-ispeċijiet mhux fil-mira, skont il-ħtieġa.

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-effettività tal-miżuri meħuda u jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta popolazzjoni ta' speċi aljena invażiva li hija sors ta' tħassib għall-Unjoni tkun inqerdet. Huma għandhom ukoll jipprovdu dik l-informazzjoni lil Stati Membri oħra.

Artikolu 18 Derogi mill-obbligu tal-qerda rapida

Artikolu 18

Derogi mill-obbligu tal-qerda rapida

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' evidenza xjentifika robusta, fi żmien xahrejn mill-identifikazzjoni ta' speċi aljena invażiva msemmija fl-Artikolu 16, li ma japplikawx miżuri ta' qerda jekk tkun sodisfatta mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) jintwera li l-qerda mhijiex teknikament fattibbli għaliex il-metodi tal-qerda disponibbli ma jistgħux jiġu applikati fl-ambjent fejn hija stabbilita l-ispeċi;

(b) l-analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji turi b'ċertu livell ta' ċertezza li, abbażi tad-data disponibbli, l-ispejjeż se jkunu, għal żmien fit-tul, eċċezzjonalment għoljin u sproporzjonati mal-benefiċċji tal-qerda;

(c) il-metodi tal-qerda mhumiex disponibbli jew huma disponibbli iżda jkollhom impatti negattivi serji ħafna fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent jew speċijiet oħra.

F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tkun akkumpanjata bl-evidenza kollha msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

2.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tiċħad id-deċiżjoni nnotifikata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fih ma jkunux sodisfatti.

3.  Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). L-abbozz tal-atti ta' implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tan-notifika mill-Istat Membru.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri ta' konteniment biex jiġi evitat aktar tixrid tal-ispeċi aljena invażiva lejn Stati Membri oħra meta, abbażi tal-paragrafu 1, ma jiġux applikati miżuri ta' qerda.

5.  Fejn il-Kummissjoni tiċħad deċiżjoni nnotifikata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu japplika l-miżuri ta' qerda msemmija fl-Artikolu 17 mingħajr dewmien.

6.  Fejn il-Kummissjoni ma tiċħadx deċiżjoni nnotifikata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-ispeċi aljena invażiva għandha tkun soġġetta għall-miżuri ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 19.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.12.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1143
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.