+Artikolu 19 Miżuri ta’ ġestjoni
---+Article 19 1.
---+Article 19 2.
---+Article 19 3.
---+Article 19 4.
---+Article 19 5.

Artikolu 19 Miżuri ta’ ġestjoni

Artikolu 19

Miżuri ta’ ġestjoni

1.  Fi żmien 18-il xahar mill-inklużjoni ta' speċi aljena invażiva fil-lista tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri ta' ġestjoni effettivi għal dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni li fl-Istati Membri nstab li nxterdu ħafna fit-territorju tagħhom, biex jiġu minimizzati kemm jista' jkun l-impatti tagħhom fuq il-bijodiversità, is-servizzi relatati tal-ekosistema, u, fejn japplika, is-saħħa tal-bniedem jew l-ekonomija.

Dawk il-miżuri ta' ġestjoni għandhom ikunu proporzjonati għall-impatt fuq l-ambjent u adatti għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati Membri, ikunu bbażati fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u jinkludu wkoll, sakemm ikun fattibbli, il-miżuri ta' restawr imsemmija fl-Artikolu 20. Għandhom ikunu prijoritizzati abbażi tal-evalwazzjoni tar-riskju u l-kosteffettività tagħhom.

2.  Il-miżuri ta’ ġestjoni għandhom jikkonsistu f’azzjonijiet fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi kemm letali jew mhux letali mmirati lejn il-qerda, il-kontroll ta’ popolazzjoni jew il-konteniment ta’ popolazzjoni ta’ speċi aljena invażiva. Fejn ikun xieraq, il-miżuri ta' ġestjoni għandhom jinkludu azzjonijiet applikati fl-ekosistema riċevitura bl-għan li jkabbru r-reżiljenza tagħha għal invażjonijiet attwali jew futuri. L-użu kummerċjali ta' speċijiet aljeni invażivi diġà stabbiliti jista' jitħalla temporanjament bħala parti mill-miżuri ta' ġestjoni mmirati għall-qerda, il-kontroll tal-popolazzjoni jew il-konteniment tagħhom, taħt ġustifikazzjoni stretta u dment li l-kontrolli xierqa kollha jkunu fis-seħħ biex jevitaw aktar tixrid.

3.  Meta japplikaw miżuri ta' ġestjoni u jagħżlu l-metodi li jkollhom jiġu użati, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont kif dovut tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, speċjalment speċijiet mhux fil-mira u l-ħabitats tagħhom, u għandhom jiżguraw li l-annimali li jkunu fil-mira jiġu protetti minn kull uġigħ, tensjoni u tbatija evitabbli matul il-proċess, mingħajr ma jipperikolaw l-effettività tal-miżuri ta' ġestjoni.

4.  Is-sistema ta' sorveljanza prevista fl-Artikolu 14 għandha titfassal u tintuża biex tissorvelja l-effettività tal-qerda, il-kontroll tal-popolazzjoni jew il-miżuri ta' konteniment fit-tnaqqis tal-impatti fuq il-bijodiversità, is-servizzi relatati tal-ekosistema, u, fejn applikabbli, fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ekonomija. Il-monitoraġġ għandu jivvaluta wkoll l-impatt fuq l-ispeċijiet mhux fil-mira, skont il-ħtieġa.

5.  Fejn ikun hemm riskju sinifikanti li xi speċi aljena invażiva li hija sors ta' tħassib għall-Unjoni ser tinxtered fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri fejn tkun preżenti dik l-ispeċi għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu miżuri ta' ġestjoni maqbula b'mod konġunt. Fejn pajjiżi terzi jistgħu jkunu affettwati wkoll mit-tixrid, l-Istat Membru affettwat għandu jistinka biex jinforma lill-pajjiżi terzi kkonċernati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 19 1.
Within 18 months of an invasive alien species being included on the Union list, Member States shall have in place effective management measures for those invasive alien species of Union concern which the Member States have found to be widely spread on their territory, so that their impact on biodiversity, the related ecosystem services, and, where applicable, on human health or the economy are minimised.

Those management measures shall be proportionate to the impact on the environment and appropriate to the specific circumstances of the Member States, be based on an analysis of costs and benefits and also include, as far as is feasible, the restoration measures referred to in Article 20. They shall be prioritised based on the risk evaluation and their cost effectiveness.

Article 19 2.
The management measures shall consist of lethal or non-lethal physical, chemical or biological actions aimed at the eradication, population control or containment of a population of an invasive alien species. Where appropriate, management measures shall include actions applied to the receiving ecosystem aimed at increasing its resilience to current and future invasions. The commercial use of already established invasive alien species may be temporarily allowed as part of the management measures aimed at their eradication, population control or containment, under strict justification and provided that all appropriate controls are in place to avoid any further spread.
Article 19 3.
When applying management measures and selecting methods to be used, Member States shall have due regard to human health and the environment, especially non-targeted species and their habitats, and shall ensure that, when animals are targeted, they are spared any avoidable pain, distress or suffering, without compromising the effectiveness of the management measures.
Article 19 4.
The surveillance system provided for in Article 14 shall be designed and used to monitor the effectiveness of eradication, population control or containment measures in minimising the impact on biodiversity, the related ecosystems services and, where applicable, on human health or the economy. The monitoring shall also assess the impact on non-targeted species, as appropriate.
Article 19 5.
Where there is a significant risk that an invasive alien species of Union concern will spread to another Member State, the Member States in which that species is present shall immediately notify the other Member States and the Commission. Where appropriate, the Member States concerned shall establish jointly agreed management measures. Where third countries may also be affected by the spread, the Member State affected shall endeavour to inform the third countries concerned.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.12.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1143
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.