|
+Artikolu 24 Rappurtar u reviżjoni ---+Article 24 1. ---+Article 24 2. ---+Article 24 3. ---+Article 24 4. |
Artikolu 24 Rappurtar u reviżjoniArtikolu 24 Rappurtar u reviżjoni 1. Sal-1 ta' Ġunju 2019, u kull sitt snin wara, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jibagħtu lill-Kummissjoni dawn li ġejjin: (a) deskrizzjoni, jew verżjoni aġġornata, tas-sistema ta' sorveljanza skont l-Artikolu 14 u tas-sistema uffiċjali ta' kontroll fuq l-ispeċijiet aljeni li jidħlu fl-Unjoni skont l-Artikolu 15; (b) id-distribuzzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni jew reġjonali f'konformità mal-Artikolu 11(2) preżenti fit-territorju tagħhom, inkluża informazzjoni dwar ix-xejriet migratorji jew riproduttivi; (c) informazzjoni dwar l-ispeċijiet ikkunsidrati bħala speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istati Membri skont l-Artikolu 12(2); (d) il-pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fl-Artikolu 13(2); (e) informazzjoni aggregata li tkopri t-territorju nazzjonali kollu dwar il-miżuri ta' qerda meħuda f'konformità mal-Artikolu 17, il-miżuri ta' ġestjoni meħudin skont l-Artikolu 19, l-effettività tagħhom, u l-impatt fuq speċijiet mhux fil-mira; (f) in-numru ta' permessi msemmija fl-Artikolu 8 u l-għan li għalih inħarġu; (g) miżuri meħuda biex il-pubbliku jkun infurmat dwar il-preżenza ta’ speċi aljena invażiva u kwalunkwe azzjoni li ċ-ċittadini ntalbu li jieħdu; (h) l-ispezzjonijiet meħtieġa taħt l-Artikolu 8(8); u (i) informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-azzjoni meħuda biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, meta tkun disponibbli. 2. Sal-5 ta’ Novembru 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jinfurmaw lill-Istati membri l-oħra dwar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. 3. Sal-1 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament inklużi l-lista tal-Unjoni, il-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2), is-sistema ta' sorveljanza, il-kontrolli doganali, l-obbligu tal-qerda u l-obbligi ta' ġestjoni, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jkollu miegħu proposti leġiżlattivi għall-emendar ta' dan ir-Regolament, inklużi bidliet fil-lista tal-Unjoni. Dik ir-reviżjoni għandha teżamina wkoll l-effettività tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni dwar l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib reġjonali, il-ħtieġa u l-fattibbiltà tal-inklużjoni ta' speċijiet fil-lista tal-Unjoni li jkunu indiġeni għall-Unjoni u jekk hijiex meħtieġa aktar armonizzazzjoni biex iżżid l-effettività tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri meħudin mill-Istati Membri. 4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-obbligi ta' rappurtar għall-Istati Membri fir-rigward tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|