+Artikolu 11 Il-kontenut tar-rapport dwar l-emissjonijiet
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 Il-kontenut tar-rapport dwar l-emissjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Mill-2019, sat-30 ta' April ta' kull sena, il-kumpanniji għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera kkonċernati, rapport dwar l-emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ u informazzjoni oħra rilevanti għall-perijodu kollu ta' rappurtar għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur skont l-Artikolu 13.

Mill-2025, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom, għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jippreżentaw lill-awtorità amministrattiva responsabbli, lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera kkonċernati għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru u lill-Kummissjoni rapport dwar l-emissjonijiet għall-perjodu kollu ta’ rappurtar tas-sena ta’ qabel, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur skont l-Artikolu 13. L-awtorità amministrattiva responsabbli tista’ titlob lill-kumpaniji jippreżentaw ir-rapporti dwar l-emissjonijiet tagħhom sa data aktar kmieni mill-31 ta’ Marzu, iżda mhux aktar kmieni mit-28 ta’ Frar.

Artikolu 11 2.
Fejn isseħħ bidla ta’ kumpanija, il-kumpanija preċedenti għandha tippreżenta lill-awtorità amministrattiva responsabbli tagħha, lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera kkonċernati għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, lill-kumpanija l-ġdida u lill-Kummissjoni, kemm jista’ jkun qrib il-jum tat-tlestija tal-bidla u mhux aktar tard minn tliet xhur wara, rapport verifikat li jkopri l-istess elementi bħar-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1, iżda limitat għall-perjodu li jikkorrispondi għall-attivitajiet imwettqa taħt ir-responsabbiltà tagħha.
Artikolu 11 3.

Il-kumpanniji għandhom jinkludu fir-rapport dwar l-emissjonijiet l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

id-data li tidentifika l-bastiment u l-kumpannija, inklużi:

(i) 

l-isem tal-bastiment,

(ii) 

in-numru ta' identfikazzjoni tal-IMO,

(iii) 

il-port tar-reġistrazzjoni jew il-port ta' domiċilju,

(iv) 

klassi tas-silġ tal-bastiment, jekk inkluża fil-pjan ta' monitoraġġ,

(v) 

l-effiċjenza teknika tal-bastiment (Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (EEDI) jew Valur tal-Indiċi Stmat (EIV) skont ir-Riżoluzzjoni tal-IMO MEPC.215 (63), fejn applikabbli)

(vi) 

l-isem ta' sid il-bastiment,

(vii) 

l-indirizz ta' sid il-bastiment u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu,

(viii) 

l-isem tal-kumpannija (jekk mhuwiex is-sid tal-bastiment),

(ix) 

l-indirizz tal-kumpannija (jekk mhux is-sid tal-bastiment) u l-post prinċipali tan-negozju tagħha,

(x) 

l-indirizz, id-dettalji tat-telefon u tal-posta elettronika ta' persuna ta' kuntatt;

(b) 

l-identità tal-verifikatur li jkun ivvaluta r-rapport dwar l-emissjonijiet;

(c) 

informazzjoni dwar il-metodu ta' monitoraġġ użat u l-livell ta' inċertezza relatat;

(d) 

ir-riżultati mill-monitoraġġ annwali tal-parametri skont l-Artikolu 10.

Artikolu 11 4.
Sal-1 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex temenda l-Artikoli 11, 11a u 12 li jikkonċernaw ir-regoli għar-rappurtar biex tqis l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.