+Artikolu 14 Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
|
Artikolu 14 Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-kumpannija jew mill-operatur ta' bastiment u għandu jagħmel l-attivitajiet meħtieġa taħt dan ir-Regolament fl-interess pubbliku. Għal dak l-iskop, la l-verifikatur u l-ebda parti tal-istess entità legali ma għandhom ikunu kumpannija jew operatur tal-bastiment, is-sid ta' kumpannija, jew ikunu l-proprjetà tagħhom, u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet mal-kumpannija li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Meta jikkunsidra l-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet u tal-proċeduri ta' monitoraġġ applikati mill-kumpannija, il-verifikatur għandu jivvaluta l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi ta' monitoraġġ u tad-data u l-informazzjoni relatati mal-emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ , b'mod partikolari:
(a)
il-mod kif jiġi attribwit il-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi;
(b)
id-data dwar il-konsum tal-fjuwil irrappurtati u l-kejl u l-kalkoli relatati;
(c)
l-għażla u l-użu tal-fatturi tal-emissjonijiet;
▼M2
(d)
il-kalkoli li jwasslu għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra u tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra koperti bid-Direttiva 2003/87/KE b’rabta mal-attivitajiet tat-trasport marittimu skont l-Anness I għal dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva;
▼B
(e)
il-kalkoli li jwasslu sabiex tiġi stabbilita l-effiċjenza enerġetika.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Il-verifikatur għandu jikkunsidra biss rapporti dwar emissjonijiet li jkunu sottomessi skont l-Artikolu 12 jekk data u informazzjoni affidabbli u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ jiġu ddeterminati b'livell raġonevoli ta' ċertezza u bil-kondizzjoni li jkun żgurat kif ġej:
(a)
id-data rappurtata hija koerenti relattivament għal data estimata li tkun ibbażata fuq id-data tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata;
(b)
id-data rrappurtata hija ħielsa minn inkonsistenzi, b'mod partikolari meta jitqabbel il-volum totali tal-fjuwil mixtri kull sena minn kull bastiment mal-aggregat tal-fjuwil ikkonsmat matul vjaġġi;
(c)
il-ġbir tad-data sar f'konformità mar-regoli applikabbli; u
(d)
ir-registri rilevanti tal-bastiment huma kompleti u konsistenti.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Meta jikkunsidra l-verifika tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, il-verifikatur għandu jivvaluta l-kompletezza tad-data rrapportata u l-konsistenza ta’ dik id-data rrapportata mal-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija, inklużi r-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet tagħha u r-rapporti msemmija fl-Artikolu 11(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|