+Artikolu 21 Pubblikazzjoni ta' informazzjoni u tar-rapport tal-Kummissjoni
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.

Artikolu 21 Pubblikazzjoni ta' informazzjoni u tar-rapport tal-Kummissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet ►M2  gass serra ◄ rrappurtati f'konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 21 2.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi dan li ġej fl-informazzjoni li għandha ssir disponibbli pubblikament:

▼M2

(a) 

l-identità tal-bastiment (l-isem, il-kumpanija, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-IMO u l-port tar-reġistrazzjoni jew il-port ta’ domiċilju);

▼B

(b) 

l-effiċjenza teknika tal-bastiment (EEDI jew EIV fejn applikabbli);

(c) 

l-emissjonijiet ►M2  gass serra ◄ annwali;

(d) 

it-total annwali tal-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi;

(e) 

il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ►M2  gass serra ◄ għal kull distanza mbaħħra fuq vjaġġi;

(f) 

il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ għal kull distanza mbaħħra u merkanzija għal vjaġġi;

(g) 

il-ħin totali annwalment imqatta' fuq il-baħar għal vjaġġi;

(h) 

il-metodu applikat għall-monitoraġġ;

(i) 

id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza tad-dokument ta' konformità;

(j) 

l-identità tal-verifikatur li jkun ivvaluta r-rapport dwar l-emissjonijiet.

(k) 

kull informazzjoni oħra mmonitorjata u rrappurtata fuq bażi volontarja f'konformità mal-Artikolu 10.

Artikolu 21 3.
Fejn, minħabba ċirkostanzi speċifiċi, l-iżvelar ta' kategorija ta' data aggregata taħt il-paragrafu 2, li mhijiex relatata ma' emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ , idgħajjef eċċezzjonalment il-protezzjoni ta' interess kummerċjali li jitlob protezzjoni bħala interess ekonomiku leġittimu li huwa aktar importanti mill-interess pubbliku fl-iżvelar skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), għandu jiġi applikat livell differenti ta' aggregazzjoni ta' dik id-data speċifika, fuq it-talba tal-kumpannija, għall-protezzjoni ta' tali interessi. Fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat livell differenti ta' aggregazzjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel dik id-data disponibbli pubblikament.
Artikolu 21 4.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ u informazzjoni rilevanti oħra mit-trasport marittimu, inkluż riżultati aggregati u spjegati, bil-għan li tinforma lill-pubbliku u tippermetti valutazzjoni tal-emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ u l-effiċjenza enerġetika tat-trasport marittimu skont id-daqs, it-tip ta' bastiment, l-attività, jew kull kategorija oħra meqjusa rilevanti.
Artikolu 21 5.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull sentejn l-impatt ġenerali tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fuq il-klima globali, inkluż permezz ta’ emissjonijiet jew effetti ta’ gassijiet serra minbarra s-CO2 u ta’ partikoli b’potenzjal ta’ tisħin globali mhux kopert minn dan ir-Regolament.
Artikolu 21 6.
Fil-qafas tal-mandat tagħha, l-EMSA għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tikkonforma ma' dan l-Artikolu u mal-Artikoli 12 u 17 ta' dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.