+Artikolu 5 Obbligi speċifiċi tal-manifatturi
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.

Artikolu 5 Obbligi speċifiċi tal-manifatturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi u s-sistemi eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq in-numru 112, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom imfassla u mibnija għal tali vetturi huma mmanifatturati u approvati f'konformità ma' dan ir-Regolament u fl-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.
Artikolu 5 2.
Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li, fl-eventwalità ta' inċident gravi, individwat bl-attivazzjoni ta' sensur jew proċessur wieħed jew aktar fil-vettura, li jsir fit-territorju tal-Unjoni, ikunu kapaċi jiskattaw b'mod awtomatiku eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112.

Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda ta' vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112 tista' tiskatta wkoll b'mod manwali.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-kontroll ta' skattar b'mod manwali għas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 huwa imfassal b'tali mod li jkun evitat li jiġi attivat bi żball.

Artikolu 5 3.

Il-paragrafu 2 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' sid il-vettura li juża sistema eCall TPS immuntata fil-vettura li tipprovdi servizz simili, minbarra s-sistema eCall fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

is-sistema eCall TPS immuntata fil-vettura għandha tkun konformi mal-istandard EN 16102:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eCall — Rekwiżiti tal-operat għas-sostenn minn parti terza”;

(b) 

il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkun hemm sistema waħda biss attiva f'ħin wieħed u li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tiġi skattata awtomatikament fil-każ li s-sistema eCall TPS immuntata fil-vettura ma tkunx qed taħdem;

(c) 

is-sid tal-vettura għandu jkollu d-dritt li jagħżel li juża s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 pjuttost milli sistema TPS immuntata fil-vettura fi kwalunkwe ħin;

(d) 

il-manifatturi għandhom jinkludu informazzjoni dwar id-dritt imsemmi fil-punt (c) tal-manwal tas-sid.

Artikolu 5 4.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fis-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 huma kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti bis-sistemi Galileo u EGNOS. Il-manifatturi jistgħu jagħżlu wkoll il-kompatibbiltà ma' sistemi oħrajn ta' navigazzjoni bis-satellita.
Artikolu 5 5.
Huma biss dawk is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, installati b'mod permanenti jew approvati separatament skont it-tip, u li jistgħu jiġu ttestjati, li għandhom jiġu aċċettati għall-finijiet tal-approvazzjoni KE skont it-tip.
Artikolu 5 6.
Il-manifatturi għandhom juru li, fil-każ ta' falliment kritiku tas-sistema li jirriżulta f'inabbiltà li ssir eCall ibbażata fuq in-numru 112, ser tingħata twissija lill-okkupanti tal-vettura.
Artikolu 5 7.
Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandha tkun aċċessibbli għal tariffa raġonevoli li ma teċċedix ammont nominali u għall-operaturi indipendenti kollha mingħajr diskriminazzjoni għall-finijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Artikolu 5 8.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8 li jistabbilixxi r-rekwiżiti u t-testijiet tekniċi dettaljati tal-approvazzjoni KE skont it-tip tal-vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u l-approvazzjoni KE skont it-tip tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom.

Ir-rekwiżiti u t-testijiet tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u fuq l-istandards disponibbli relatati mal-eCall, fejn applikabbli, u li jinkludu:

(a) 

►M3  EN 16072:2025 ◄ “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — rekwiżiti tal-operat ta’ eCall Pan-Ewropew”;

(b) 

minn 9 ta' Mejju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025 EN 16062: 2023 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni ta’ Livell Għoli tal-eCall (HLAP)”; u mill-1 ta’ Jannar 2026 CEN/TS 17184: 2022 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — Protokolli ta’ applikazzjoni ta’ livell għoli tal-eCall (HLAP) li jużaw is-subsistema multimedjali IP (IMS) fuq networks packet-switched”;

(c) 

minn 9 ta' Mejju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025 EN 16454: 2023 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — Ittestjar għall-konformità minn tarf sa ieħor tal-ECall”; u mill-1 ta’ Jannar 2026 CEN/TS 17240: 2018 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — Test tal-konformità end to end tal-eCall għal sistemi bbażati fuq packet-switched IMS”;

(d) 

EN 15722:2020 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — sett minimu ta’ data għall-eCall (MSD)”;

(e) 

EN 16102:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eCall — Rekwiżiti tal-operat għas-sostenn minn parti terza”;

(f) 

kwalunkwe standard Ewropew addizzjonali relatat mas-sistema tal-eCall adottat f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), jew Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (Regolamenti UNECE) relatati mas-sistemi tal-eCall li magħhom aderixxiet l-Unjoni.

L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 5 9.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8 sabiex taġġorna l-verżjonijiet tal-istandards imsemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu meta tiġi adottata verżjoni ġdida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0758
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.