|
+Artikolu 5 8. |
Artikolu 5 8.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8 li jistabbilixxi r-rekwiżiti u t-testijiet tekniċi dettaljati tal-approvazzjoni KE skont it-tip tal-vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u l-approvazzjoni KE skont it-tip tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom. Ir-rekwiżiti u t-testijiet tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u fuq l-istandards disponibbli relatati mal-eCall, fejn applikabbli, u li jinkludu:
(a)
►M3 EN 16072:2025 ◄ “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — rekwiżiti tal-operat ta’ eCall Pan-Ewropew”;
(b)
minn 9 ta' Mejju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025 EN 16062: 2023 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni ta’ Livell Għoli tal-eCall (HLAP)”; u mill-1 ta’ Jannar 2026 CEN/TS 17184: 2022 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — Protokolli ta’ applikazzjoni ta’ livell għoli tal-eCall (HLAP) li jużaw is-subsistema multimedjali IP (IMS) fuq networks packet-switched”;
(c)
minn 9 ta' Mejju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025 EN 16454: 2023 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — Ittestjar għall-konformità minn tarf sa ieħor tal-ECall”; u mill-1 ta’ Jannar 2026 CEN/TS 17240: 2018 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — Test tal-konformità end to end tal-eCall għal sistemi bbażati fuq packet-switched IMS”;
(d)
EN 15722:2020 “Sistemi ta’ trasport intelliġenti — eSafety — sett minimu ta’ data għall-eCall (MSD)”;
(e)
EN 16102:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eCall — Rekwiżiti tal-operat għas-sostenn minn parti terza”;
(f)
kwalunkwe standard Ewropew addizzjonali relatat mas-sistema tal-eCall adottat f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), jew Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (Regolamenti UNECE) relatati mas-sistemi tal-eCall li magħhom aderixxiet l-Unjoni. L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|