+Artikolu 6 9.

Artikolu 6 9.

Fil-manwal tas-sid il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-data li jsir permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. Dik l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn:

(a) 

ir-referenza għall-bażi legali tal-ipproċessar;

(b) 

il-fatt li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tiġi attivata b'mod awtomatiku;

(c) 

l-arranġamenti tal-ipproċessar tad-data li jsir mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112;

(d) 

l-għan speċifiku tal-ipproċessar tal-eCall, li għandu jkun limitat għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2);

(e) 

it-tipi ta' data miġbura u pproċessati u d-destinatarji ta' dik id-data;

(f) 

il-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-data fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112;

(g) 

il-fatt li ma hemm l-ebda segwiment kostanti tal-vettura;

(h) 

l-arranġamenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data kif ukoll is-servizz ta' kuntatt responsabbli biex jittratta t-talbiet;

(i) 

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward it-traċċabbiltà, is-segwiment u l-ipproċessar ta' data personali b'rabta mal-forniment ta' eCall TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud, li għandhom ikunu soġġetti għall-kunsens espliċitu tas-sid u f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. Għandu jitqies b'mod partikolari l-fatt li jistgħu jeżistu differenzi bejn l-ipproċessar tad-data mwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u s-sistemi ta' eCall TPS mmuntati fil-vetturi jew servizzi oħra ta' valur miżjud.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0758
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.