+Artikolu 6 Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
---+Artikolu 6 9.
---+Artikolu 6 10.
---+Artikolu 6 11.
---+Artikolu 6 12.
---+Artikolu 6 13.
|
Artikolu 6 Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu jikkonforma mar-regoli tal-protezzjoni tad-data personali previsti f'dawk id-Direttivi.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Id-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss sabiex jiġu ttrattati s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2).
|
|
Artikolu 6 3.
|
Id-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament m'għandhiex tinżamm aktar milli jkun meħtieġ sabiex jiġu ttrattati s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2). Dik id-data għandha titħassar b'mod sħiħ hekk kif ma tibqax meħtieġa għal dak il-għan.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 ma tkunx tista' tiġi traċċata u ma tkun soġġetta għal ebda segwiment kostanti.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li, fil-memorja interna tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, id-data titneħħa awtomatikament u kontinwament. Iż-żamma tal-aħħar tliet pożizzjonijiet biss tal-vettura għandha tkun permessa sa fejn ikun tassew meħtieġ biex tiġi speċifikata l-pożizzjoni attwali u d-direzzjoni li fiha kienet qed tivvjaġġa fil-ħin tal-każ.
|
|
Artikolu 6 6.
|
Dik id-data ma għandhiex tkun disponibbli barra mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għal ebda entità qabel ma tiġi skattata eCall.
|
|
Artikolu 6 7.
|
It-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza għandhom jiġu inkorporati fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 sabiex jipprovdu lill-utenti tal-eCall bil-livell adatt ta' protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll bis-salvagwardji neċessarji biex jipprevjenu s-sorveljanza u l-użu ħażin ta' din is-sistema.
|
|
Artikolu 6 8.
|
L-MSD mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu jinkludi biss l-informazzjoni minima kif imsemmija fl-istandard EN 15722:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — sett minimu ta' data għall-eCall (MSD)”. Ma għandha tintbagħat ebda data addizzjonali mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. Dak l-MSD għandu jinħażen b'tali mod li jkun jista' jitħassar b'mod sħiħ u permanenti.
|
|
Artikolu 6 9.
|
Fil-manwal tas-sid il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-data li jsir permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. Dik l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn:
(a)
ir-referenza għall-bażi legali tal-ipproċessar;
(b)
il-fatt li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tiġi attivata b'mod awtomatiku;
(c)
l-arranġamenti tal-ipproċessar tad-data li jsir mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112;
(d)
l-għan speċifiku tal-ipproċessar tal-eCall, li għandu jkun limitat għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2);
(e)
it-tipi ta' data miġbura u pproċessati u d-destinatarji ta' dik id-data;
(f)
il-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-data fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112;
(g)
il-fatt li ma hemm l-ebda segwiment kostanti tal-vettura;
(h)
l-arranġamenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data kif ukoll is-servizz ta' kuntatt responsabbli biex jittratta t-talbiet;
(i)
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward it-traċċabbiltà, is-segwiment u l-ipproċessar ta' data personali b'rabta mal-forniment ta' eCall TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud, li għandhom ikunu soġġetti għall-kunsens espliċitu tas-sid u f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. Għandu jitqies b'mod partikolari l-fatt li jistgħu jeżistu differenzi bejn l-ipproċessar tad-data mwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u s-sistemi ta' eCall TPS mmuntati fil-vetturi jew servizzi oħra ta' valur miżjud.
|
|
Artikolu 6 10.
|
Sabiex tiġi evitata konfuzjoni fir-rigward tal-finijiet u l-valur miżjud tal-ipproċessar, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 għandha tingħata fil-manwal tas-sid b'mod separat għas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u għas-sistemi ta' eCall TPS qabel tintuża s-sistema.
|
|
Artikolu 6 11.
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u kwalunkwe sistema oħra li tipprovdi servizz eCall TPS jew li tipprovdi servizzi b'valur miżjud ikunu mfassla b'tali mod li ma jkun jista' jsir l-ebda skambju ta' data personali bejniethom. In-nuqqas ta' użu ta' sistema li tipprovdi eCall TPS jew ta' sistema b'valur miżjud jew ir-rifjut mis-suġġett tad-data li jagħti l-kunsens biex isir l-ipproċessar tad-data personali tiegħu jew tagħha għal servizz ta' eCall mingħand parti terza jew servizz ta' valur miżjud m'għandu joħloq l-ebda effett negattiv fuq l-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112.
|
|
Artikolu 6 12.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 sabiex tistabbilixxi:
(a)
ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati u l-proċeduri għat-testijiet għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-ipproċessar ta' data personali msemmijin fil-paragrafi 2 u 3;
(b)
ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati u l-proċeduri għat-testijiet biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm skambju ta' data personali bejn is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u s-sistemi ta' partijiet terzi kif imsemmijin fil-paragrafu 11.
L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.
|
|
Artikolu 6 13.
|
Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistipula:
(a)
l-arranġamenti prattiċi għall-valutazzjoni tan-nuqqas ta' traċċabbiltà u segwiment msemmijin fil-paragrafi 4, 5 u 6;
(b)
l-iskeda għall-informazzjoni għall-utent imsemmi fil-paragrafu 9.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2). L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0758
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|