+Artikolu 5a Tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati
---+Artikolu 5a 1.
---+Artikolu 5a 2.
---+Artikolu 5a 3.
---+Artikolu 5a 4.
---+Artikolu 5a 5.
---+Artikolu 5a 6.
---+Artikolu 5a 7.
---+Artikolu 5a 8.
---+Artikolu 5a 9.
---+Artikolu 5a 10.
---+Artikolu 5a 11.

Artikolu 5a Tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5a 1.
Mill-15 ta’ Mejju 2019, kwalunkwe prezz bl-imnut (eskluż il-VAT) impost fuq il-konsumaturi għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati ma għandux jaqbeż EUR 0,19 kull minuta għal telefonati u EUR 0,06 għal kull messaġġ SMS.
Artikolu 5a 2.
Minkejja l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ komunikazzjonijiet intra-UE regolati jistgħu apparti minn hekk joffru, u l-konsumaturi jistgħu espressament jagħżlu, tariffa għal komunikazzjonijiet internazzjonali inklużi komunikazzjonijiet intra-UE regolati li tkun differenti minn dik stabbilita skont il-paragrafu 1, li permezz tagħha l-konsumaturi jibbenefikaw minn tariffa differenti għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati minn dik li kienu jingħataw fin-nuqqas tat-tali għażla. Qabel li l-konsumaturi jagħżlu tali tariffa differenti, il-fornitur ta’ komunikazzjonijiet intra-UE regolati għandu jinformahom dwar in-natura tal- vantaġġi li jintilfu minħabba hekk.
Artikolu 5a 3.
Fejn tariffa għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati kif imsemmija fil-paragrafu 2 taqbeż il-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-konsumaturi li ma jkunux ikkonfermaw jew esprimew, fi żmien xahrejn mill-15 ta’ Mejju 2019, għażla għal kwalunkwe tariffa kif imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu awtomatikament provduti bit-tariffi stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 5a 4.
Il-konsumaturi jistgħu jaqilbu għat-tariffi u lura stabbiliti fil-paragrafu 1 fi żmien jum ta’ xogħol wieħed minn meta l-fornitur jirċievi t-talba, mingħajr ħlas u l-fornituri għandhom jiżguraw li tali bidla ma tinvolvix kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet fir-rigward ta’ elementi tal-abbonamenti għajr komunikazzjonijiet intra-UE regolati.
Artikolu 5a 5.
Fejn it-tariffi massimi msemmija fil-paragrafu 1 ikunu denominati f’munita li ma tkunx l-euro, il-limiti inizjali għandhom jiġu determinati f’dik il-munita billi tiġi applikata l-medja tar-rati referenzjarji tal-kambju ppubblikati fil-15 ta’ Jannar, il-15 ta’ Frar u l-15 ta’ Marzu 2019 mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-limiti f’muniti li mhumiex l-euro għandhom jiġu riveduti annwalment mill-2020. Il-limiti riveduti annwalment f’dawk il-muniti għandhom japplikaw mill-15 ta’ Mejju bl-użu tal-medja tar-rati referenzjarji medji tal-kambju ppubblikati fil-15 ta’ Jannar, il-15 ta’ Frar u l-15 ta’ Marzu tal-istess sena.
Artikolu 5a 6.

L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw is-suq u l-iżviluppi tal-prezzijiet għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni.

Fejn fornitur ta’ komunikazzjonijiet intra-UE regolati jistabbilixxi li, minħabba ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali li jiddistingwuh minn bosta fornituri oħra tal-Unjoni, l-applikazzjoni tal-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ikollha impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tal-fornitur li jżomm il-prezzijiet eżistenti tiegħu għal komunikazzjonijiet domestiċi, awtorità regolatorja nazzjonali tista’, fuq it-talba ta’ dak il-fornitur, tagħti deroga mill-paragrafu 1 biss sa fejn meħtieġ u għal perijodu ta’ sena li jiġġedded. Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-mudell domestiku tat-tariffi għandha tissejjes fuq fatturi oġġettivi rilevanti li jkunu speċifiċi għall-fornitur ta’ komunikazzjonijiet intra-UE regolati, kif ukoll il-livell ta’ prezzijiet u dħul domestiku.

Fejn il-fornitur applikant ikun ipprovda l-evidenza meħtieġa, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddetermina l-livell tal-prezz massimu f’eċċess ta’ kwalunkwe wieħed jew taż-żewġ limiti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1 li jkunu indispensabbli sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-mudell domestiku tat-tariffi tal-fornitur. Il-BEREC għandu jippubblika linji gwida dwar il-parametri li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-valutazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 5a 7.
Mill-1 ta’ Jannar 2029, il-fornituri ma għandhomx japplikaw prezzijiet bl-imnut differenti għall-konsumaturi għal komunikazzjonijiet domestiċi u komunikazzjonijiet intra-UE, dment li jiġu adottati regoli tekniċi dwar salvagwardji bħas-sostenibbiltà, l-użu ġust u l-miżuri kontra l-frodi. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi dawk ir-regoli tekniċi f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5b.
Artikolu 5a 8.
Mill-1 ta’ Jannar 2025, il-fornituri jistgħu, fuq bażi volontarja, jikkonformaw mal-obbligu li ma japplikawx prezzijiet bl-imnut differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 7. Dawk il-fornituri għandhom ikunu eżentati mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, soġġett għal politika ta’ użu ġust, bil-ħsieb li jġibu l-benefiċċji ta’ prezzijiet bl-imnut ugwali għal komunikazzjonijiet domestiċi u intra-UE lill-konsumaturi aktar kmieni. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni dwar l-użu ġust, ibbażat fuq xejriet tipiċi tal-użu, u miżuri kontra l-frodi sal-31 ta’ Diċembru 2024, wara konsultazzjoni mal-BEREC. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 5b(2).
Artikolu 5a 9.
Sat-30 ta’ Ġunju 2027, wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan l-Artikolu, u abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt tiegħu, il-Kummissjoni tista’, jekk xieraq, tiddeċiedi li tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex temendah.
Artikolu 5a 10.

Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 għandha tinkludi:

(a) 

l-evoluzzjoni tal-ispejjeż bl-ingrossa relatati mal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE;

(b) 

l-evoluzzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u x-xejra tal-prezzijiet bl-imnut tal-komunikazzjonijiet intra-UE fl-Istati Membri differenti;

(c) 

l-evoluzzjoni tal-preferenzi tal-konsumaturi u l-għażla ta’ offerti speċjali u pakketti mhux imposti fuq il-bażi tal-konsum reali tal-komunikazzjonijiet intra-UE;

(d) 

l-impatt possibbli fuq is-swieq nazzjonali għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u b’mod partikolari fuq il-prezzijiet bl-imnut imposti fuq il-konsumaturi b’mod ġenerali, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE, u l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq id-dħul għall-fornituri u, jekk possibbli, il-kapaċità ta’ investiment tal-fornituri, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-introduzzjoni futura ta’ networks f’konformità mal-miri għall-konnettività stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 fejn l-imposti addizzjonali għall-komunikazzjonijiet intra-UE ma jkunux diġà ġew applikati;

(e) 

il-firxa tal-użu, id-disponibbiltà u l-kompetittività tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jew kwalunkwe alternattiva għall-komunikazzjonijiet intra-UE;

(f) 

l-evoluzzjoni tal-pjanijiet tariffarji fir-rigward tal-komunikazzjonijiet intra-UE, u b’mod partikolari, il-punt sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 8 pproduċiet riżultati fid-direzzjoni tal-eliminazzjoni tad-differenzi fil-prezzijiet bl-imnut għall-konsumaturi bejn komunikazzjonijiet domestiċi u dawk intra-UE.

Artikolu 5a 11.
Sabiex iwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 9, il-BEREC għandu jiġbor l-informazzjoni rilevanti mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq bażi regolari. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprovdu tali data f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti oħra. Id-data miġbura mill-BEREC skont dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mill-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha. Biex jiġi żgurat li l-BEREC ikun jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu skont dan il-paragrafu, il-fornituri għandhom ikunu obbligati jikkooperaw billi jipprovdu d-data mitluba, inkluż data kunfidenzjali, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2120
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.